Futsal Malta Association organizzat Serata ta’ Premjazzjoni – Enemed Futsal, fejn plejers u uffiċjali ġew ippremjati għal dak li wettqu fl-istaġun 2024/25. Attenda wkoll Laurent Morel, UEFA Futsal Competitions Manager.
Zvezdan Vukovic rebaħ l-unur tal-Aqwa Kowċ fil-Premier League, filwaqt li Kieran Bugeja rebaħ l-unur tal-Aqwa Kowċ taċ-Challenger League. Jackie Abdilla rebħet l-unur tal-Aqwa Kowċ tal-Women’s League.
Giancarlo Sammut ta’ Xbiex Futsal intgħażel bħala l-Aqwa Plejer tal-Premier League, filwaqt li Collin Sammut rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer taċ-Challenger League, kif ukoll bħala l-Aktar Plejer li jipprometti.
Leanne Micallef rebħet l-unur tal-Aqwa Plejer fil-Women’s League, kif ukoll l-unur tal-Aqwa Skorer fl-istess kampjonat fejn skorjat 13-il gowl.
Ezequiel Alarcon ta’ Swieqi United Futsal LEC07 rebaħ l-unur tal-Aqwa Skorer tal-Premier League b’24 gowl. Hamza Harrat ta’ Ħamrun Futsal kien l-aqwa skorer taċ-Challenger League b’14-il gowl.
L-Aqwa Goalkeeper tal-Premier League intgħażel Clint Mifsud ta’ Luxol St Andrews. Matthias Borg ta’ Ħamrun Futsal kien l-aqwa goalkeeper fiċ-Challenger League. Fil-kategorija tan-nisa, intrebħet minn Rachelle Borg ta’ Lija Athletics .
Jefferson Breno ta’ Luxol St Andrew’s rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer Barrani tal-Premier League, u Gia Nikvashvili ta’ Ħamrun Futsal bħala l-Aqwa Plejer Barrani taċ-Challenger League. Eliza Csik ta’ Zero Sei Futsal, kienet l-Aqwa Plejer Barranija fil-Women’s L:eague.
L-Unur tal-President intrebaħ minn Mark Zammit, captain ta’ Malta u ta’ Luxol St Andrews, wara karriera brillanti li matulha għen fl-iżvilipp tal-futsal lokali.
