Malta Public Transport ħabbret servizz ta’ shuttle speċjali għall-festa tradizzjonali tal-Imnarja li se ssir fil-Buskett fit-28 u d-29 ta’ Ġunju 2025. Dan is-servizz ser jkun qed joffri għażla ta’ trasport alernattiv u komdu għal min se jattendi, inkluż parkeġġ f’zoni magħżula.
Malta Public Transport se tkun qed topera servizzi regolari ta’ shuttles minn żewġ postijiet fejn se jkun ipprovdut ukoll servizz ta’ Park and Ride: wieħed fi Triq Infetti, Rabat, u l-ieħor f’Ta’ Qali, ħdejn il-gym miftuħ. Is-servizz li jitlaq min Ta’ Qali se jgħaddi minn Triq Infetti fi triqtu għall-Buskett, filwaqt li servizz separat se jaħdem direttament minn Triq Infetti lejn il-Buskett. Vjaġġi lura mill-Buskett se joperaw lejn iż-żewġ punti ta’ tluq.
Dan is-servizz speċjali se jopera bejn il-5pm u t-3am tat-28 ta’ Ġunju, u bejn il-5.30am u s-2pm tad-29 ta’ Ġunju.
Servizz ta’ shuttle addizzjonali se jkun disponibbli wkoll miċ-Ċirkewwa lejn il-Buskett u lura. Fit-28 ta’ Ġunju, dan is-servizz se jitlaq miċ-Ċirkewwa fil-5.30pm, u jerġa’ lura mill-Buskett fid-9.15pm. Fid-29 ta’ Ġunju, ix-shuttle titlaq miċ-Ċirkewwa fis-7.30pm, u lura mill-Buskett fis-1.30pm.
Il-passiġġieri huma mitluba jaslu fil-bus stops magħżula fil-ħin biex jiżguraw li s-servizz jaħdem b’mod komdu u puntwali.
Għal aktar dettalji fuq il-ħinijiet tat-tluq u aġġornamenti oħra, żur il-websajt tal-Malta Public Transport.
//= $special ?>