Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident fi Triq Reġjonali.
L-inċident seħħ fis-7:15am, meta, għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu.
Fuq il-post issejħu l-ambulanza u l-Pulizija, u s-sewwieq ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha ma ġietx ikkonfermata.
L-awtoritajiet qed jinvestigaw il-każ biex jiċċaraw x’wassal għall-inċident.
//= $special ?>