Zoharn Mamdani, politiku żagħżugħ tax-xellug, hu kkonfermat bħala l-kandidat innominat tal-Partit Demokratiku għall-kariga tas-Sindku fi New York.
Dan meta Mamdani, li għad għandu biss 33 sena, iddikjara rebħa fil-primary tal-partit u fejn irnexxielu jegħleb lill-politiku veteran – u rivali ewlieni – Andrew Cuomo li, snin ilu, kien serva bħala Gvernatur tal-Istat.
Jekk ikun elett Sindku, Mamdani għandu jiftaħ paġna storika bħala l-ewwel Musulman fit-tmexxija ta’ New York, li hi l-akbar belt tal-Istati Uniti.
Min-naħa tiegħu, Cuomo falla fit-tentattiv għal ‘comeback’ politiku wara li, fl-2021, kien irriżenja minn Gvernatur ta’ New York dwar l-involviment fi skandlu sesswali.
//= $special ?>