Team Schweppes huma r-rebbieħa tal-EquestriMalta Cawnpore Cup 2025 wara rebħa drammatika ta’ ħames punti u nofs għal ħamsa kontra Team Alliance.
Kienet logħba inkredibbli b’Team Alliance li bena vantaġġ ta’ 4-0 iżda b’Team Schweppes li beda ġej bil-mod tant li wara li naqqas id-distakk baqa’ jiġri wara l-avversarji. Fl-aħħar ħames sekondi ġara minn kollox hekk kif bl-iskor 5-4 għal Team Alliance, Team Schweppes ingħataw penalty li ġie skorjat minn Jeremy Besancon. Peress li dawn tal-aħħar kellhom nofs punt vantaġġ, kienu huma li rebħu l-konfront finali.
Aktar qabel intlagħbet ukoll iċ-Challenge Cup hekk kif Team Finestral għelbu lil Team cSociety 1-0 bl-uniku gowl tal-logħba li ġie skorjat minn Chris Delia.
Fi tmiem l-attivita’ tqassmu l-premijiet u t-trofej lir-rebbieħa u l-parteċipanti mill-Prim Ministru ta’ Malta fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta u tal-President tal-Malta Polo Club.
//= $special ?>