Futbol Sport

Yannick Yankam jirritorna jilgħab f’Malta u ffirma ma’ Valletta

Yannick Yankam
Yannick Yankam

Valletta FC ħabbru l-akkwist tal-ewwel plejer Malti għall-istaġun il-ġdid 2025/26, hekk kif l-internazzjonali Malti, Yannick Yankam se jkun qed jerġa’ jilgħab f’Malta wara li laħaq qbil maċ-champions taċ-Challenge League u wieħed miż-żewġ timijiet neo-promossi għall-Malta Premier fl-istaġun il-ġdid.

Yankam se jkun qed jirritorna Malta, wara li f’Jannar tal-2024 kien ħalla lil Birkirkara biex iffirma mal-klabb fl-Istati Uniti, Lexington Sporting Club. Dawn tal-aħħar kien għadu klabb relattivament ġdid, iżda b’ambizzjonijiet kbar għall-futur u b’infrastruttura mill-aqwa.

Ma’ Lexington Sporting Club, Yankam lagħab fil-USL League One, li hu t-tielet livell ta’ futbol fl-Istati Uniti. Illum l-istess klabb qed jilgħab fil-USL Championship, li hu ekwivalenti għat-tieni diviżjoni f’dan il-pajjiż.

Yankam, li jilgħab fir-rwol ta’ midfielder offensiv, u meqjus wieħed mit-talenti l-aktar eċitanti li għandu l-futbol lokali fil-mument, iżda f’dawn l-aħħar xhur kien sfortunat għaliex kien barra mill-logħob minħabba injury. Fil-fatt, l-eks plejer ta’ Qormi, li għandu 27 sena, llu lagħab l-aħħar logħba tiegħu lejn l-aħħar t’Ottubru tal-2024.

Ma’ Lexington Sporting Club, fil-Kampjonat lokali, hu lagħab 17-il partita u skorja darbtejn fl-2024. Hu lagħab ukoll tliet darbiet fil-USL Cup.

Sal-lum ma’ Malta, Yankam lagħab 14-il darba u skorja gowl, iżda llu mill-10 ta’ Settembru tas-sena l-oħra ma jkun mmsejjaħ minn kwalunkwé kowċ nazzjonali Malti.