Jidher biċ-ċar li s-sitwazzjoni tal-qtugħ tal-elettriku matul is-sajf li għadda, donnha se terġa’ tirrepeti ruħha matul dan is-sajf ukoll.
Fil-fatt, matul il-jiem li għaddew, bosta persuni li jgħixu f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex, fosthom fin-Naxxar, f’San Pawl il-Baħar, f’San Ġiljan, f’San Ġwann u f’Ta’ Sannat esprimew ir-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali fejn insistew li l-Gvern baqa’ ma sabx soluzzjoni.
Sal-bieraħ stess, kien rappurtat qtugħ tad-dawl fin-Naxxar u f’San Ġiljan.
Oħrajn irrappurtaw każijiet fejn id-dawl tbaxxa u reġa’ ġie lura f’temp ta’ sekonda. Mhux magħruf eżatt ir-raġuni li qed twassal għal dan.
//= $special ?>