Lokali

Appell mill-familja biex fil-funeral ta’ Zaylen jintlibes l-abjad u ċ-ċelesti

Omm Zaylen qed tappella biex għada s-Sibt, f’jum iċ-ċelebrazzjoni tat-tifel li miet traġikament mgħarraq f’pool f’Baħar ċ-Ċagħaq, kulħadd jilbes abjad jew ċelesti għax ir-tifel kien anġlu u pur.

Dan l-appell sar f’intervista li Net News, permezz ta’ Robert Cremona, għamel f’dawn il-jiem ma’ omm it-tifel Zaylen, u maz-zija ta’ Zeylen li tiġi oħt l-omm.

Huma fissru kif seħħet it-traġedja kif ukoll sostnew li ma kien hemm ebda safety fis-sit tal-pool fejn it-tifel instab mgħarraq.

Huma wkoll irribatttew għal ċertu kummenti li ppubblikaw fuq il-midja soċjali u sostnew li ma jistax isir paroli jekk wieħed ma jkunx jaf il-fatti.

L-intervista li saret minn Net TV

Omm: Kull nhar ta Hadd inħobbu mmorru l-għalqa. Xtrajnieh għalihom biex iqattgħu l-ħin fiha. Għandi s-subien bil-kundizzjoni tal-awtiżmu għax minħabba l-kundizzjoni li għandhom ma nistax immur ħafna postijiet għaliex taqbadhom ħafna anzjetaà.

Dakinhar iddeċidejna neħduhom daqsxejn il-baħar qabel, u Zaylen dakinhar beda jgħum, libbisnielu l-life jacket, beda jieħu pjaċir jgħum, beda jogħdos u jdaħħakna.

Kellu karattru vera tal-ġenn, veru sabiħ. Imbagħad xħin tela’ s-soltu tiegħu hu, peress li bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, kien iħobb imur joqgħod jaħrab. Lir-raġel għidtlu, ħa naqbdu u ħa mmorru l-għalqa ma jmurx jaljenana u jaqbżilna u ttajru xi karozza, u hekk għamilna.

Robert: Mortu l-għalqa wara l-baħar.

Xhin tlajna, kien happy dan it-tifel jilgħab, imbagħad tagħtu daqsxejn ta’ tantrum u biex nikkalmah qgħadt miegħu fuq is-sufan jara l-mobile u qgħadt inmellsu miegħi għax għalija kien qisu l-baby. Kellu ftit snin, imma kien baqa’ l-baby għalija. U f’daqqa u l-ħin biddiltlu n-nappy għax kien ghadu bin-nappy, għax hu non verbal u xħin biddiltlu n-nappy ir-raġel kien barra u rranġalhom il-pool biex nimlewulhu, għax fis-sajf kellna poolli kulma kien gholi metru, biex joqogħdu jilagħbu fih.

Robert: Ġo din l-għalqa?

Omm: Ġo din l-għalqa, iva. Sa ma biddiltlu n-nappy mort naħsel idi, ħareġ barra u kien qed jilgħab  ma’ oħtu u ma’ ħuh. Ħa granita dak il-ħin, iġifieri u ghedtilha jekk it-tifel kienx orrajt għax f’sekonda ma nafdawx jien kont. Għax jekk pereżempju nkun qed innaddaf, xi ħadd il-ħin kollu fuq it-tifel. Is-sekonda li kien qed jilgħab magħhom, it-tifla ħarset waħda ’l hemm hekk, u ma nsibuhx.

It-tifel kien ħafif  ħafna, kien moħħu biex jaħrab. Però kellna kullimkien fence, kullimkien b’sigurtà. Il-ħaga hi, li ma nistax nifhem hi minn liema naħa ħarab

Omm: U fi split of a second li ġara, għaliex aħna ma nafdawhx sekonda. Ma nitilquhx. Mal-ewwel qbadna nfittxuh. L-anqas kien hemm five minutes – dak il-ħinstress. U qbadna nfittxuh fejn forsi jmur

jipprova jaqbeż fejn is-soltu, għax qisna l-postijiet tiegħu drajnieh fejn jipprova jmur.

Hu kellu ħaġa. Kien jigri ħafna u la jħoss il-ġebel, la jħoss it-tiben mal-art. Xejn. Jekk niġri ħafja, b’ħasda malajr ma nkunx niflah niġri, nfittxuh, u maġenbna hemm pont, u r-raġel għidtlu ħa mmur hemm malajr jien, ghax moħħok hemm imur meta jkollok tfal bl-awtiżmu.

Għidtlu ma jmurx mar jaqbiżli fiha, għax l-ilma naf li jħobbu ħafna. U morna u ma sibnihx. U r-ragel mar fil-post ukoll fejn it-tifel kien mgħerreq, però ma rahx hemmhekk. Kien għadu mhux hemmhekk

Iz-Zija: Ftit minuti qabel.

Robert: Ftit minuti qabel ma illokalizzaw it-tifel.

Omm: Ftit minuti qabel ma sabuh, kien ittawwal fil-pool u ma rahx hemm.

Robert: Ir-raġel tiegħek kien mar fl-area ta’ din il-proprjetà u ma rahx. Sa dak il-ħin kontu għadkom qed tfittxuh?

Iz-zija: Dażgur ma waqafniex.

Robert: X’ġara mbagħad minn hemm ’il quddiem?

Omm: Imbagħad, wara fifteen minutes, twenty, mill-ewwel ċempilna lill-Pulizija. Ċempiltilhom u mill-ewwel sibt l-għajnuna, iġifieri, nirrangrazzjhom minn hawnekk għax sibt għajnuna kbira mingħandom, u l-ġirien ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, kulhadd ħareġ ifittex

Għedt lill-mummy imxi ħa mmorru sa ħdejn id-dar għax għal Għargħur ma għandniex bogħod. Għedtilha t-tifel moħħu tajjeb biex jiftakar it-triq, u biex jitla’ ma jrid xejn.

Sadanittant jien u ommi tlajna bil-karozza bit-tama li se nsibuh wara l-bieb, xi ħadd qed iżommuli hemmhekk.

Imbagħad għedtilha, imxi ħa nduru fejn Top of the World forsi t-tifel narawh minn taħt.

Eżatt cempilli r-raġel jibki, dak il-ħin l-anqas stajt nifhmu x’qed jgħidli. Beda jgħidli sibnieh. Għidtlu ejja sibtu ħaj? Qalli mejjet. Mejjet. Dak il-ħin f’widnejja bdejt nisma’ li beda jgħidli ħaj. Bdejt ngħidlu ħaj jew mejjet? Xħin beda jgħidli mejjet, ħriġt mill-karozza nibki u nagħti u ngħidlu għalfejn Mulej, kont lesta nerfa’ dan is-salib, jien kont kuntenta bih!

Tgħidli salib għax għandek it-tfal? Imma b’kundizzjoni tal-awtiżmu xejn mhu faċli, speċjalment meta jkollok tifel sever u bl-ADHD.

Robert: Kif tiddeskrivih bħala karattru u bħala tifel? Rajna dak li ktibt pubblikament fuq il-midja soċjali u kellu ħafna karatteristiċi sbieħ it-tifel.

Omm: Ħafna. Kien tifel intelliġenti, tifel jaf iħobb, il-ħin kollu jħobb it-tgħanniq u tbewwis. Xħin ikun kalm għax taf kif jagħmlu dan it-tfal, xħin tagħtihom it-tantrum ikun aggressive. Xħin ikun kalm kien ikun tifel ieħor, loving, caring.

Robert: Kif għixt din l-esperjenza?

Iz-Zija: U żgur. Jien għandi l-partner tiegħi DJ, u dakinhar kellna l-Love sexy, kien ħa jdoqq fih. F’xis-sagħtejn jien tlajna, ħallejt it-tifla tiegħi magħha għax illum is-subien tiegħi kbar u joħorġu mal-ħbieb.

Meta noħroġ nagħmel handbag quddiemi, u l-mobile quddiemi, biex ngħid jekk allaħares qatt jinqala’ xi ħaġa jiena ninduna mill-ewwel. U fis-sitta neqsin kwart, eżatt is-sitta neqsin kwart, nara żewġ missed calls minn ta’ Francesca u ndunajt, two minutes wara bihom għax iċċekkjajt il-mobile u għidt li ġralha xi ħaġa t-tifla tiegħi, jien għidt, għax qatt ma bsart x’seta’ ġara.

Qaltli ntilfilna t-tifel u ma nistgħux insibuh u qaltli anke l-Pulizija diġà hawn qegħdin. Għedtilha ntilef it-tifel jien?

Qed ngħidlek kulħadd hemm u kulħadd fittxu lil dan it-tifel. Qaltli li qed tisma’ l-Pulizija jgħidu li sabuh. Għedtilha fejn? Qaltli ġo pool. Mela mgħarraq it-tifel żġur, għidt mejjet.

Għedtilha min qed jgħid hekk? U qaltli l-Pulizija. Għedtilha ħa nkellem lill-Pulizija. Marret tgħidlu ħa tkellmek il-mummy, u qalilha issa nkellmukom aħna… ifhimni ma ntiħx tort… imma jien dak-il-ħin… U reġgħat ċemplitli oħti, qaltli biex nixħet naqra mal-ħajt.

Qaltli t-tifel sabuh, għedtilha mejjet jien. Qaltli le, tellgħuh minn ġo pool u qed ituh l-għajnuna. Tlajt id-dar inbiddel libsa malajr u bqajt sejra l-isptar. Hemmhekk, laqgħuni mill-ewwel in-nurses biex inpoġġu u ma nidħolx fejn it-tifel, però mill-kliem li bdew jgħiduli, bdew jgħiduli li aktar ma ttawwal il-ħin aktar hemm l-inqas ċans li jsalva. Imbagħad dħalt narah mejjet u għannaqtu u bistu, però rrid nitkellem fuq dawn in-nies li parlaw żejjed ħafna biex jieqaf dan il-paroli mhux l-inċident tagħna biss, għal kull inċident ieħor għax kieku taf x’weġgħa u l-bniedem fejn tista’ twasslu.

Robert: Kemm weġġagħkom il-kliem jew id-diskors li ntqal fuq il-midja soċjali?

Iz-Zija: Nixtieq niċċara din. Meta oħti kienet tqila biż-żgħir, kellha l-Mayzen qabel u meta ħadet l-aħbar li Mayzen huwa bl-autism diġà kienet tqila b’Zaylen. Kien hemm minn beda jgħid, din jekk kellha t-tifel diġà bil-kundizzjoni, kif terġa’ tagħmel it-tfal. One: lil ħadd ma tagħthom biex irabbihomlha u meta kienet tqila bl-ieħor, waqt li kienet tqila biż-żgħir kienet taf li Mayzen bil-kundizzjoni għax din il-kundizzjoni tal-awtiżmu mhux kundizzjoni mit-twelid tinduna. Trid iż-żmien.

Omm: Issib nies jgħidu, dan ma jkunux bil-muscles dat-tfal? Tkun bil-muscles ġo għalqa? Jekk ma tkunx taf l-istorja kif tparla? Ma morniex biex ngħumu, f’ta’ ħaddieħor qabiżli għax ma kenitx b’sigurtà sew, ma kenitx kif suppost. B’hekk li ġaralu t-tifel. 

Iz-Zija: Lesti li nippubblikaw il-video tal-għalqa kif inhi. Tidħol qisek tiela’ mit-triq għal fuq il-bankina.

Robert: Iġifieri qed tgħid li għandkom video li juri n-nuqqas ta’ sigurtà f’din iz-zona?

Iz-Zija: Iva nistgħu nippubblikawh. Sid il-villa kien imsiefer u ħalla lilna f’dulur. Seta’ waqgħu tfal ta’ ħaddieħor.

Omm: U kulma mtela’ ħmistax qabel il-pool.

Iz-Zija: Qas biss konna nafu li hemm pool aħna għax ħmistax ilu tlesta dan il-pool u kien mimli.

Omm: U melieh mingħajr sigurtà.

Iz-Zija: Mhux qed ngħidu għamel il-ħġieġ mal-pool. Imma mad-dawra tal-ġnien għandek tgħolli ċint mhux qisek dieħel mit-triq għal bankina, anke karozza tidħol ħdejn il-pool. Daqshekk qiegħed mhux safe il-pool.

Robert: L-issue li qed tqajmu hawnhekk, kemm hi aċċessibbli din is-site li tista’ tidħol u għandkom videos li juru dan li qed tgħidu.

Iz-Zija: Ix-xatba kienet magħluqa min-naħa ta’ barra, taħseb li hemm safety. Imma min-naħa tagħna għall-għalqa tiegħu kull m’hemm ħajt tas-sejjieħ żgħir, baxx, imma mbagħad mill-għalqa tiegħu għandu għalqa kbira, qabel tibda l-farmhouse tiegħu u xħin tasal sa fejn il-pool tibqa’ dieħel normali. Aħna l-anqas bsarna li fejn il-pool huwa daqshekk mhux safe.

Robert: Nixtieq inkellimkom fuq din l-inizjattiva li se tieħdu bħala familja. Playing field, ġnien li se ssemmuh, tiddedikawh għat-tifel. Kif ġiet din l-idea forsi tispjegaw ftit u kif ħa tieħdu inizjattiva biex dak li jkun ikun jista’ jagħti kontribuzzjonijiet?

Omm: Kien imur skola “Hand in Hand” it-tifel u ħuh imur hemm ukoll. Niringrazzjahom minn hawnhekk stess għax vera nsib appoġġ u għajnuna kbira. Xħin qabdu jagħmlu dan il-proġett qaltli mill-ewwel ġieni f’moħħi Emily Vassallo, qaltli li nsemmuha Zaylen’s Playground. Qaltli nagħmluha għalih.

Qaltli Zaylen kien tifel maħbub, tifel ħelu ħafna. It-tfal kollha jħobbuhom hemmhekk, imma Zaylen kien speċjali u b’karattru li jiġbed lil kulħadd u ddeċidew li l-ġabra tmur għall-playground li ħa nsemmuh għat-tifel, Zaylen’s Playground.

Robert: U se tiftħu wkoll bank account?

Iz-Zija: Sejra nkellem lill-BOV biex jagħmlulna kont u mal-ħin nippubblikaw in-number u l-kont. Nixtieq insemmih Zaylen’s Playground Foundation għax qed jibagħtulna ħafna biex jibagħtulna l-flus imma jien ma rridx nieħu responsabbiltà tal-flus. In-nies jibagħtu flus lil dan l-account u mbagħad ikun għal Hand in Hand.

Robert: Xtaqt insaqsik domanda żgħira forsi anke l-kummenti tiegħek fuq is-Sibt li ġej, hija ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ dan it-tifel. L-appell tagħkom biex in-nies jingħaqdu magħkom anke bħala appoġġ, li kellkom ħafna fil-verità dawn il-jiem.

Omm: Ix-xewqa tiegħi biss li fil-funeral tat-tifel jilbsu l-abjad u ċ-ċelesti.

It-tifel bla dnubiet, it-tifel anġlu, tifel pur… dik hi x-xewqa tiegħi li min ma jridx jagħti fjuri, jagħtuha lill-Fondazzjoni għal Hand in Hand, għall-Playground ta’ Zeylen.

Iz-Zija: U Dakinhar fil-knisja ħa jkun hemm kaxxa fejn ir-ritratt tiegħu u l-guest book, biex dak li jkun jista’ jixħet id-donations f’din il-kaxxa, imma mbagħad ħa jkun hemm il-bank account