Inter………………2
River Plate…….0
Inter: Y. Sommer, M. Darmian (S. De Vrij 82’), F. Acerbi, A. Bastoni, D. Dumfries, N. Barella (P. Sucic 62’), K. Asllani, H. Mkhitaryan, F. Dimarco (C. Augusta 62’), L. Martinez (V. Carboni 73’), F. Esposito (S. Esposito 82’)
River Plate: F. Armani, G. Montiel, L. Martinez Quarta, P. Diaz, M. Acuna, M. Meza (I. Fernandez 55’), M. Karnevitter (G. Costantini 61’), R. Aliendro (M. Lanzini 61’), F. Mastantuono, M. Borja, F. Colidio (G. Pezzella 68’)
Referee: Ilgiz Tantashev (Uzbekistan)
Inter għelbu lil River Plate bl-iskor ta’ 2-0 u b’hekk avvanzaw bħala rebbieħa ta’ Grupp E. Kienet partita li żvolġiet fit-tieni taqsima meta l-ewwel fil-65 minuta, River Plate sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Luca Martinez Quarta. Inter approfittaw minn dan u marru fil-vantaġġ fit-72 minuta permezz ta’ Francesco Esposito.
It-tim ta’ Christian Chivu rdoppja u għalaq il-partita fl-aħħar minuti permezz ta’ Alessandro Bastoni. River Plate temmew il-partita b’disa’ plejers wara li tkeċċa wkoll Gonzalo Montiel.
Urawa Red Diamonds…………….0
Monterrey……………………………4
Urawa Red Diamonds: S. Nishikawa, T. Sekine (T. Ogiwara 68’), D. Boza, M. Hoibraten, Y. Naganuma, K. Yasui (R. Nitta 81’), S. Gustafson (T. Matsumoto 46’), T. Kaneko (T. Santana 46’), R. Watanabe, M. Savio (T. Okubo 70’), Y. Matsuo
Monterrey: E. Andrada, R. Chavez, S. Medina (V. Guzman 85’), S. Ramos, L. Reyes (G. Arteaga 65’), F. Ambriz (J. Cortizo 84’), N. Deossa, O. Torres, J. Corona (I. Fimbres 65’), G. Berterame, A. Alvarado (R. D. La Rosa 65’)
Referee: Felic Zwayer (Ġermanja)
Monterrey ukoll avvanzaw għall-fażi li jmiss wara rebħa kbira fuq Urawa Red Diamonds. Monterrey prattikament għalqu l-partita fl-ewwel taqsima meta skorjaw tliet gowls permezz ta’ Nelson Deossa, German Berterame u Jesus Corona.
Ir-raba’ gowl kien skorjat fl-aħħar sekondi tal-partita meta Berterame skorja t-tieni gowl personali fil-partita.
//= $special ?>