Lokali

‘Inzekzek’ jirritorna fuq Net Television

Inzekzek jirritorna għat-tieni staġun b’format kemxejn differenti. 

F’kull episodju se niltaqgħu mad-deputati u l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali, però din id-darba f’ambjent kemxejn differenti minn kif narawhom is-soltu. 

F’episodji ta’ madwar 10 minuti t-telespettaturi se jingħaqdu mal-kandidati f’sessjoni ta’ arti u konverżazzjoni sabiex insiru nafuhom minn lenti differenti lil hinn mill-politika. 

Filwaqt li niskopru min hu verament artistiku u min aħjar ikompli bil-karriera politika! 

Tippreżenta Carla Genovese, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq NET Television.