Għawdex se jospita l-ewwel Tournament Masters tal-Waterpolo bejn it-28 u t-30 ta’ Novembru 2025, li se jilqa’ plejers veterani u b’esperjenza minn madwar id-dinja għal avveniment sportiv ta’ tlett ijiem.
It-tournament huwa organizzat mill-Barracudas Sports Club, Balluta Young Boys (BYB), Comino Masters, u Otters ASC, bl-appoġġ ta’ VisitMalta. L-avveniment se jsir fiċ-Ċentru Akwatiku ta’ Għawdex.
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal plejers irġiel ta’ 40 sena ’l fuq, f’żewġ kategoriji ta’ età: 40+ u 50+. Kull tim jipparteċipa f’mill-inqas sitt logħbiet.
Il-logħbiet se jsiru skont ir-regoli aġġornati tal-FINA għall-waterpolo.
//= $special ?>