Futbol Sport

Liverpool jiksbu l-firma ta’ Milos Kerkez mingħand Bournemouth

Milos Kerkez
Milos Kerkez

Iċ-champions tal-Premier League fl-Ingilterra, Liverpool komplew iżidu fin-nefqa tagħhom matul din il-kampanja akkwisti tas-sajf, meta llum kien konfermat l-akkwistaw lid-difensur internazzjonali tal-Ungerija ta’ taħt il-21 sena, Milos Kerkez mingħand Bournemouth.

Skont dak li qed jiġi rrapurtat fil-media Ingliża, Liverpool se jkunu qed iħalsu £40 miljun għal dan l-akkwist.

Kerkez sar it-tielet akkwist tar-Reds għal matul dan is-sajf, wara li diġa’ ħabbru l-firma tal-midfielder offensiv, Florian Wirtz u tad-difensur Jeremie Frimpong, it-tnejn li huma mingħand Bayer Leverkusen.

B’hekk b’dawn it-tliet akkwisti s’issa, l-ammont li Liverpool nefqu s’issa f’akkwisti ta’ plejers ġodda fil-bidu ta’ staġun ġdid jammonta għal madwar £170 miljun.