Futbol Sport

Manchester City itemmu fl-ewwel post b’rebħa komda fuq Juventus

(Ritratt; EPA)

JUVENTUS………………………..1
MANCHESTER CITY…………5


Juventus: M.Di Gregorio, P.Kalulu, N.Savona (F.Gatti 60’). L.Kelly, F.Kostic, W.Mckennie, M.Locatelli (K.Thuram 57’), A.Costa (A.Cambiasso 57’). N.Gonzalez, T.Koopmeiners (K.Yildiz 57’). D.Vlahovic
Manchester City: Ederson, R.Ait-Nouri (R.Cherki 75’), M.Akanji, R.Dias, M.Nunes, Rodri (I.Gundogan(66’), B.Silva (N.O’Reilly 75’), J.Doku (P.Foden 66’), T.Reijnders, Savinho, O.Marmoush (E.Haaland 46’)
Referee: Clement Turpin (Franza)

Manchester City spiċċaw fl-ewwel post bil-punti massimi minn Grupp G wara li għelbu lil Juventus 3-1. Is-Citizens jiftħu l-iskor wara biss 9 minuti minn xutt baxx ta’ Jeremy Doku.

Il-Juventini jagħmlu l-iskor indaqs żewġ minuti wara meta l-midfielder Olandiż Teun Koopmeiners jirnexxielu jikkapitilizza mill-iżball tal-goalkeeper Ederson sabiex jixħet ġewwa bil-kalma.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Manchester City imorru fil-vantaġġ għat-tieni darba meta d-difensur ċentrali Pierre Kalulu xeħet fix-xibka tiegħu stess. Erling Haaland jikkonferma r-rebħa fit-52 minuta b’xutt mill-viċin.

Is-sostitut Phil Foden kompla jżid mal-iskor fid-69 minuta. Fil-75 minuta Savinho jirnexxielu jiskorja gowl mill-isbaħ sabie għamel l-iskor 5-1.

Juventus irnexxielhom inaqqsu l-iskor permezz ta’ gowl ta’ Dusan Vlahovic lejn l-aħħar tal-partita.


WYDAD CASABLANCA………1
AL-AIN……………………………….2


Wydad Casablanca: E.Mehdi Benabid, M.Moufid, G.Oliveira, J.Harkass (B.Meijers 55’), A.Boucheta, N.Amrabat, E.Mahdi Moubarik (E.Benktib 79’), O.Zamraoui (I.Motouraji 80’), T.Lorch, O.Al Somah (S.Obeng 62’), C.Malilula (S.Mwalimu 62’)
Al-Ain: R.Patricio, F.Zabala, Y.Khaleq, R.Rabia, A.Traoure, A.Jasic (M.Al Baloushi 65’), Y.Park, Kaku (N.Chadli 65’), M.Palacios, K.Laba, S.Rahimi.
Referee: Drew Fischer (Kanada)

Al-Ain kisbu l-ewwel u l-unika tlett punti f’din il-kompetizzjoni biex temmew fit-tielet post meta għelbu lil Wydad Casablanca 2-1.

Wydad jiskorjaw l-ewwel permezz ta’ Mailula, qabel Al-Ain jillivelaw minn Kodjo Laba qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Kaku jiskorja fit-tieni taqsima biex jagħti r-rebħa lil Al-Ain.