Kummerċ Lokali

MeDirect jespandi l-offerta ta’ investiment bit-tnedija tal-Model Portfolios

Il-Model Portfolios huma magħmulin minn basket ta' fondi ta’ investiment kollettiv (mutual funds) maħluqa minn diversi fund houses u mqassma permezz ta’ MeDirect Bank (Malta) plc

Il-Bank Malti MeDirect qed ikompli jtejjeb il-firxa ta’ għażliet ta’ investimenti għall-klijenti tiegħu bl-introduzzjoni ta’ Model Portfolios ġodda. Dan il-prodott innovattiv jippermetti lill-klijent jagħżel minn numru ta’ portafolli, ibbażati skont il-profil tar-riskju preferut tagħhom.

Ghalħekk l-għażliet tal-investiment ivarjaw minn approċċ kawt għal wieħed bilanċjat jew dinamiku bil-mutual funds (jew fondi ta’ investiment) li jidhru f’kull portafoll immaniġġjati minn ‘fund houses’ rinomati.

Il-fatt li l-klijenti jistgħu jagħżlu minn firxa ta’ portafolli differenti, li kull wieħed minnhom fih fondi ta’ investment immaniġġjati b’mod espert, jiżgura li l-klijenti jkollhom il-libertà li jagħżlu l-investiment li bih ikunu komdi u li jaqbel l-aħjar mal-għanijiet finanzjarji tagħhom. Dan jibni fuq il-missjoni fit-tul ta’ MeDirect, li tidher fir-rikkezza tal-prodotti tiegħu ta’ investiment u bankarji, biex jipprovdi lill-klijenti l-għodod u l-informazzjoni li jeħtieġu biex jibnu l-ġid tagħhom b’mod indipendenti.

Għarfien espert globali

Il-Model Portfolios ta’ MeDirect huma analizzati u mmexxija minn tliet kumpaniji ta’ fama internazzjonali fil-qasam tal-investiment: Morningstar, Aegon u Liontrust. Kull waħda minn dawn toffri lill-investituri għażliet differenti. Morningstar huma magħrufa għar-riċerka indipendenti u trasparenti tagħha fuq aktar minn 600,000 investiment, u tipprovdi firxa ta’ portafolli li jinvestu globalment. Aegon, b’esperjenza profonda fl-assigurazzjoni tal-ħajja, il-pensjonijiet, u l-immaniġġjar tal-assi, qed tikkollabora ma’ MeDirect biex tipprovdi Model Portfolios li jagħtu dħul regolari. Liontrust, li twaqqfet fl-1995, hija kumpanija speċjalizzata fil-fund management u flimkien ma’ MeDirect se toffri portafolli ffukati fuq strateġiji ta’ investiment sostenibbli li jfittxu tkabbir fit-tul u impatt pożittiv fuq l-ambjent u s-soċjetà.

Aċċessibbiltà u flessibbiltà

Wieħed mill-vantaġġi ewlenin tal-Model Portfolios ta’ MeDirect hu l-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà li joffru lill-klijenti. B’investiment inizjali ta’ €100 biss, wieħed jista’ jagħżel Model Portfolio ta’ Aegon jew Liontrust, u jista’ jżid kontribuzzjonijiet kull xahar li wkoll jibdew minn €100. Għal dawk li jagħżlu Model Portfolio ta’ Morningstar, l-investiment inizjali minimu huwa ta’ €1,000, bil-possibiltà ta’ kontribuzzjonijiet ta’ kull xahar li wkoll jibdew minn €1,000.

Il-klijenti se jkollhom libertà sħiħa biex jibdlu l-ammont tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, iżidu fondi addizzjonali jew jiġbdu l-flus fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma jeħlu spejjeż żejda. B’mod limitat għall-ewwel tliet xhur, MeDirect ukoll mhux se jżomm ħlas tat-transazzjoni biex wieħed jixtri l-model portfolio.

Income jew accumulator

L-investituri jistgħu jagħżlu bejn żewġ tipi ta’ funds – dawk li joffru dħul regolari (income), jew dawk li jimmiraw għal tkabbir fit-tul (accumulator). Il-fondi bi dħul regolari, li huma l-ispeċjalità ta’ Aegon, huma mfassla biex jagħtu ħlasijiet regolari lil dawk li jippreferu flus ta’ dħul stabbli minflok tkabbir fil-kapital. Min-naħa l-oħra, il-fondi akkumulattivi jerġgħu jinvestu l-qligħ biex jgħinu fil-bini ta’ ġid fit-tul. Din il-flessibbiltà tippermetti lill-investituri jagħżlu dak li jaqbel l-aktar mal-għanijiet finanzjarji tagħhom.

Fokus fuq is-sostenibbiltà

Għal dawk li japprezzaw investimenti b’impatt pożittiv fuq l-ambjent u s-soċjetà, Liontrust joffru Model Portfolios magħżula b’mod speċjali li jiffokaw fuq investimenti sostenibbli. Dawn il-portafolli huma maħsuba biex joffru qligħ fit-tul, u fl-istess ħin jikkontribwixxu għal riżultati sostenibbli. L-għażla ta’ portafoll sostenibbli ma tfissirx li tikkomprometti l-qligħ — dawn l-investimenti jibqgħu mfassla b’mod strateġiku biex jagħtu r-riżultati finanzjarji mixtieqa, u fl-istess waqt iħallu impatt pożittiv fuq id-dinja ta’ madwarna.

Fiduċja f’investimenti diversifikati

Permezz tal-Model Portfolios, il-klijenti jistgħu jiddiversifikaw l-investimenti tagħhom billi jagħżlu minn għażliet varji ta’ fondi li jaqblu mal-profil tar-riskju u l-għanijiet finanzjarji tagħhom. B’investiment inizjali ta’ €100 biss, u sat-30 ta’ Settembru 2025 mingħajr ebda tariffa biex tidħol, il-klijenti jistgħu jibdew il-vjaġġ tagħhom fl-investiment b’aktar flessibbiltà u faċilità. Il-Model Portfolios ta’ MeDirect jagħtu wkoll aċċess għal funds immexxija minn uħud mill-aqwa speċjalisti fid-dinja f’dan is-settur, b’rekord qawwi fil-qasam tal-fund management — u li għalhekk għandu jsaħħaħ il-fiduċja f’dak li fih tkun qed tinvesti.

Jean-Claude Maher, CEO tal-Grupp MeDirect, qal: “Is-servizz il-ġdid tal-Model Portfolios jirrappreżenta pass sinifikanti fit-triq li tagħti aktar saħħa lill-klijenti biex jilħqu l-għanijiet finanzjarji tagħhom, b’għażliet imfassla b’attenzjoni u mmexxija minn esperti fil-qasam. Kemm jekk biex ikabbru l-kapital, u kemm jekk qed ifittxu dħul regolari, jew biex jagħtu prijorità lis-sostenibbiltà, il-klijenti ta’ MeDirect issa għandhom għodda oħra biex jinnavigaw l-investimenti tagħhom b’kunfidenza u ċarezza.”