Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Proġett li se joħloq id-DNA uman mill-bidu nett

Beda x-xogħol fuq proġett li se jwassal biex jinħoloq DNA uman b’mod artifiċjali.

Fil-fatt, il-fondazzjoni Wellcome Trust iddepożitaw £10 miljun għall-bidu ta’ din ir-riċerka.

S’issa, it-teknoloġija kienet waħda ristretta. Iżda t-teknoloġija l-ġdida se tintroduċi l-possibbiltà li jiġu ikkreati l-materjali li jiffurmaw DNA uman b’mod sintetiku.

Xjentisti favur dan l-avvanz jittamaw li din it-teknoloġija ġdida ssaħħaħ id-dinja tal-mediċina u t-terapija tal-ġenetika. Madankollu, ħafna nies ikkritikaw l-użu ta’ din ir-riċerka, minħabba l-possibbiltà ta’ esperimenti immorali fil-futur; u kontroversji marbuta mad-DNA.