Matul l-aħħar jiem, ġie rrappurtat li ġew attakkati jew maqtula b’mod brutali, numru ta’ qtates f’diversi lokalitajiet madwar Malta, fosthom, f’Tas-Sliema, fil-Gżira, fil-Belt, fil-Furjana u f’Bormla.
Fis-17 ta’ Ġunju, permezz ta’ stqarrija fuq Facebook, Debbie Calamatta, membru tal-Malta Pet Adoption Group, kienet qalet kif f’Tas-Sliema nqatlu jew ġew attakkati ħamest’iqtates.
Intant, fuq Facebook, Romina Frendo spjegat kif f’każ minnhom wieħed mill-qtates ġie msabbat mal-ħajt u ma’ karozza sakemm spiċċa miet.
Huwa magħruf li r-raġel li qed iwettaq ir-reat huwa Ażjatiku, iżda ismu għadu mhuiex magħruf. Għaldaqstant attivista li taħdem favur id-drittijiet tal-annimali, Shania Borg, qed tappella lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel sabiex iċemplilha jew jibgħatilha fuq 77550550. Se jkun qiegħed jingħata premju ta’ 4000 ewro.
Għal dan il-każ infetħet inkjesta mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali u l-Pulizija.
//= $special ?>