Uffiċjal għoli tal-Hamas stqarr li l-medjaturi internazzjonali qed jippruvaw jilħqu ftehim dwar il-waqfien mill-ġlied u l-ħelsien tal-ostaġġi f’Gaża.
Hu ddikjara dan ftit wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li sar “progress kbir”.
Skont il-Ministeru tas-Saħħa ta’ Gaza, l-aħħar attakki mill-ajru tal-Iżraeljani madwar Gaza, qatlu mill-inqas 45 Palestinjan, inklużi bosta li kienu qed ifittxu l-għajnuna. Dan filwaqt li, Iżrael qal li seba’ suldati mietu f’attakk mill-Hamas fin-nofsinhar ta’ Gaza.
Minn meta beda l-kunflitt f’Ottubru 2023, il-Ministeru tas-Saħħa ta’ Gaza rrapporta l-mewt ta’ aktar min 56,000 persuna.
//= $special ?>