Tliet Palestinjani nqatlu l-Erbgħa filgħaxija wara li grupp ta’ Iżraeljani attakkaw ir-raħal Palestinjan ta’ Kafr Malik, qrib Ramallah.
Filmati meħudin fl-istess żona urew dar u karozza li ħadu n-nar, filwaqt li fl-istess waqt bdew jinstemgħu ħsejjes ta’ sparar u nies jgħajtu.
Il-ministeru għall-affarijiet barranin Palestinjan iddeskriva l-każ bħala “attakk terroristiku” u akkuża lill-Iżraeljani li kienu huma li sparaw fuq r-residenti fi djarhom.
Skont il-militar Iżraeljan, il-każ seħħ meta s-settlers u l-Palestinjani kienu qed iwaddbu l-ġebel lil xulxin, u xi individwi allegatament fetħu n-nar fuq suldati. Ħames settlers Iżraeljani ġew arrestati.
Ftit wara l-inċident f’Kafr Malik, attakk ieħor seħħ fiż-żona Palestinjana qrib Dar Fazaa.
Grupp Iżraeljan tad-drittijiet tal-bniedem irrapporta li tliet persuni ndarbu u diversi karozzi ġew maħruqa.
//= $special ?>