Internazzjonali

Tnejn mejta wara maltempata f’Pariġi

Żewġ persuni mietu filwaqt li sbatax oħra ndarbu wara maltempata qawwija li ħakmet lil Pariġi.

Din il-maltempata kkawżat anke ħsarat fuq is-saqaf tal-Parlament – fejn l-istruttura spiccat bl-ilma tax-xita li daħal fuq ġewwa.

Skont l-awtoritajiet Franċiżi, persuna waħda għadha f’kundizzjoni kritika wara l-maltempata,

Hemm ukoll li madwar 110,000 residenza li spiccaw bla dawl.

Il-midja Franċiża rrapputat anke kif tifel ta’ tnax-il sena miet wara li waqgħet siġra fuqu fil-Lbiċ ta’ Franza filwaqt li fl-inħawi tal-Majjistral, miet raġel wara li ħabat bil-quadbike ma’ siġra li waqgħet kawża tal-maltempata.