L-għawwiema artistika Maltija Zea Montfort kisbet riżultat mill-aqwa fil-Kampjonati Ewropej wara li laħqet il-finali fil-kompetizzjoni Solo Free tan-Nisa f’Ateni, fil-Grecja.
Montfort kienet diġà spikkat għal Malta matul il-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa f’Andorra, fejn kisbet żewġ midalji tal-fidda. Fil-kompetizzjoni Solo Free kienu fl-azzjoni 17 il għawwiema fir-rawnd preliminari, bl-aqwa 12-il għawwiem jgħaddu għal-finali.
Montfort għamlet wirja brillanti biex kisbet punteġġ ta’ 171.8601 li kien il-11-il post fil-klassifika, u post fil-finali.
Fil-preiminari, l-Ispanjola Isabel Cui Xu spiċċat fl-ewwel post qabel it-Taljana Ginevra Marchetti u Maria Alavidze ta’ Ġorġja.
Fil-finali Zea Montfort ma ddiżappuntatx fejn b’wirja oħra impekkabbli temmet fl-10 post b’punteġġ totali ta’ 201.0501 liema finali ntrebħet mill-għawwiema newtrali Valeria Plekhanova qabel Isabel Shuang Ciu Xi ta’ Spanja u Ismini Maria Karavasili tal-Grecja.
//= $special ?>