Lokali

Andy Ellul ma jikkundannax lill-Ministru tas-Saħħa

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Min ma jogħġbux, jista’ jitlaq.

Din kienet id-dikjarazzjoni li għamel il-Ministru JoEtienne Abela meta kien mistoqsi dwar is-sala 1B f’Monte Carmeli – li skont il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali mhux qed tifunzjona kif mistenni u bl-istandards meħtieġa.

Il-fatt li l-Ministru tas-Saħħa ħa din l-attitudni ġibed kundanna kbira mill-professjonisti, illi qalu li din id-dikjarazzjoni hija inaċċettabbli – u li l-poltika ma ssirx hekk. Kundanna wkoll mill-poplu Malti u Għawdxi li kien iddiżapunnat bi kbir għal dan id-diskors tal-Ministru; li juri kemm is-saħħa mhux vera prijorità ta’ dan il-Gvern.

Il-Ġimgħa filgħodu, Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul jekk hu jikkundanax dan il-kliem insensittiv minn naħa tal-Ministru JoEtienne Abela.

U filwaqt li fl-ebda ħin ma ikkundana dan id-diskors hu ta x’jifhem li ma togħġbu xejn is-sitwazzjjoni li preżentament jinsab fiha Monte Carmeli.

Intant, fi stqarrija il-Parti Nazzjonalista, qal li jinsab iddiżgustat bi kliem il-Ministru dwar pazjenti f’Monti Carmeli. U sostna li jekk il-Ministru mhux kapaċi,  għandu jwarrab.