Lokali

Breakfast show ġdid għall-weekend fuq Net FM

Philip u Carla, il-preżentaturi tal-programm ‘Qum minn Hemm’ li jixxandar kull nhar ta’ Sibt u Ħadd filgħodu fuq Net FM, se jibdew jiltaqgħu man-nies fit-toroq ta’ kull ġimgħa u jisfidawhom f’xi logħba.

L-għan ta’ dawn l-isfidi hu li niltaqgħu ma’ diversi nies ta’ kull età, u nħeġġuhom sabiex isegwu u jifrekwentaw il-programm tagħna ‘Qum minn Hemm’.

Il-programm se jixxandar is-Sibt mit-8am sad-9:30am, u l-Ħadd mid-9am sal-10:30am.

L-ewwel programm se jkun fil-5 ta’ Lulju.