Il-familja ta’ Johanna Boni, li mietet f’inċident bil-mutur fl-2016 fin-Naxxar, tilfet l-appell li ressqet dwar il-mod kif saret id-difna tagħha. Il-ġenituri kienu sostnew li binthom ma ngħatatx difna xierqa, peress li ma ġietx imlibbsa bl-ilbies li għażlu huma – minkejja li tawhom lill-kummissjonanta tal-funerali, Anna Falzon.
Meta sentejn wara nfetaħ il-qabar biex jindifen in-nannu ta’ Johanna, instab li l-katavru tagħha kien f’body bag u l-ilbies kien imqiegħed separatament fit-tebut.
Il-ġenituri ressqu appell kontra s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li kienet ċaħdet it-talba tagħhom, u l-appell sar kontra l-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei, il-Ministru tas-Saħħa, l-Avukat tal-Istat u Anna Falzon.
Madankollu, il-Qorti sabet li dan ġara minħabba l-kundizzjoni gravi tal-katavru …li ma kinitx tippermetti li tiġi mlibbsa.
L-appell ġie miċħud u s-sentenza oriġinali ġiet ikkonfermata.
//= $special ?>