Ir-Russja ma kkummentatx dwar rapporti li l-qawwiet tal-Ukrajna rnexxielhom iwaqqfu l-avvanzi tat-truppi tal-Kremlin fir-reġjun ta’ Sumy.
Dan ukoll fost rapporti li l-qawwiet Ukreni, issa, ‘stabbilizzaw’ il-front tal-gwerra viċin il-fruntiera tal-pajjiż mar-Russja.
Il- Ġeneral Oleksandr Syrskyi, bħala Kap-kmandant tal-militar Ukren, qal, intant, li s-suċċess tal-aħħar azzjonijiet mill-qawwiet tiegħu għamluha kważi ‘impossibbli’ għar-Russi fir-reġjun ta’ Sumy biex jistazzjonaw mal-50,000 truppi – inklużi brigati tal-morini – f’zoni oħrajn fuq il-front tal-gwerra.
Il- Ġeneral Syrskyi kompla li, skont ir-riżultati ta’ Mejju u Ġunju, is-sinjali kollha juru li qed taqta’ lura ‘l-offensiva tas-sajf (fuq l-Ukrajna) mit-territorji tar-Russja.’
//= $special ?>