Futbol Sport

Magħrufa t-timijiet kollha fil-fażi tal-aħħar 16

FC Salzburg…………………….0

Real Madrid…………………….3

FC Salzburg: C. Zawieschitzky, S. Lainer, K. Gadou, J. Rasmussen, F. Kratzig, N. Dorgeles (K. Onisiwo 89’), S. Diabate (Y. Vertessen 73’), M. Diambou (M. Kjaergaard 46’), O. Gloukh, E. Baidoo (S. Baidoo 89’), P. Ratkov (A. Daghim 46’)

Real Madrid: T. Courtois, A. Rudiger (J. Ramon 67’), A. Tchouameni, D. Huijsen, T. Alexander-Arnold, J. Bellingham (B. Diaz 82’), F. Valverde (D. Ceballos 74’), A. Guler (L. Modric 67’), F. Garcia, G. Garcia, V. Junior (Rodrygo 67’)

Referee: Beida Dahane (Mawritanja)

Faċli għal Real Madrid meta fl-aħħar partita ta’ Grupp H għelbu lil FC Salzburg 3-0 biex b’hekk kwalifikaw bħala rebbieħa tal-grupp u fil-fażi li jmiss se jaffrontaw lil Juventus.

Real Madrid skorjaw darbtejn fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima, l-ewwel permezz ta’ Vinicius Junior mbagħad kien l-captain Federico Valverde li għamilhom 2-0.

It-tielet gowl skorjat mit-tim ta’ Xabi Alonso kien skorjat fl-84 minuta permezz ta’ Gonzalo Garcia.

Al Hilal……………………2

Pachuca…………………0

Al Hilal : Bono, J. Cancelo (H. Al-Yami 86’), H. Al-Tombakti (A. Lajami 77’), K. Koulibaly, R. Lodi (M. Al-Harbi 71’), R. Neves, N. Al-Dawsari, Malcom (M. Al Juwayr 86’), S. Milinkovic-Savic, S. Al-Dawsari (M. Kanno 76’), M. Leonardo

Pachuca: S. Jurado, E. Bauermann, S. Barreto (B. Gonzalez 57’), F. Pereira, C. Sanchez (I. Hernandez 77’), E. Montiel, A. Palavecino (P. Peraza 77’), A. Aceves, A. Dominguez (A. Hurtado 57’), S. Rondon, Kenedy (A. Bautista 63’)

Referee: Danny Makkelie (Olanda)

Rebħa importanti ta’ 2-0 għal Al Hilal fuq Pachuca biex b’hekk huma wkoll avvanzaw għall-fażi li jmiss permezz tat-tieni post. Kien Salem Al-Dawsari li poġġa lil Al Hilal fil-vantaġġ wara 22 minuta. Il-gowl li aċċerta l-partita wasal fl-aħħar sekondi permezz ta’ Marcos Leonardo.