Rapporti fil-media Amerikana qed jgħidu li aktar kmieni din il-ġimgħa seħħet serqa fil-villa tal-attur Brad Pitt.
Il-każ jidher li seħħ l-Erbgħa, meta tliet ħallelin daħlu fil-propjetà tal-attur minn tieqa li tinsab fuq in-naħa ta’ quddiem tad-dar, u kaxkru magħhom diversi oġġetti ta’ valur.
Jidher li Brad Pitt ma kienx fil-villa x’ħin daħlu l-ħallelin. U din is-serqa issegwi serqiet simili li seħħet fi propjetajiet ta’ personalitajiet oħrajn famużi – fosthom Nicole Kidman u Keith Urban.
Il-villa ta’ Brad Pitt tinsab fiz-zona ta’ Griffith Park, fejn hemm l-ittri ikoniċi ta’ Hollywood.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-attur rebbieħ ta’ diversi premji Oscar kien f’Londra fejn tnieda l-film F1: The Movie.
//= $special ?>