Lokali

“Problemi kumplessi li jridu jiġu indirizzati minn diversi ministeri”

Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali insista li l-problemi li hemm fis-sala 1B ta’ Monte Carmeli jridu jiġu indirizzati minn diversi Ministeri.

Il-Kummissarju Denis Vella Baldacchino fakkar li l-problemi assoċjati ma’ dan il-post partikolari ma humiex biss problemi fl-istruttura. Huma problemi usa’ ta’ sitwazzjonijiet personali u kumplessi li jridu jiġu indirizzati minn diversi Ministeri.

Bl-għan aħħari li persuni bhal dawn ikollhom akkomodazzjoni xierqa fil-komunita u b’kull sapport interministerjali neċessarju ….biex jerġgħu jsibu skop dinjituż fis-soċjeta, ‘il barra mil-isptar Monte Carmeli.

Hu appella biex dawn il-kwistjonijiet jibqgħu jiġu trattati b’mod serju.