VALLETTA PEAK INSURANCE…. 14
SAN ĠILJAN MAA DAIKIN………. 17
(2-8), (1-4), (4-2), (7-3)
San Ġiljan MAA Daikin ma sabux diffikultà biex kisbu t-tieni rebħa minn żewġ logħbiet kontra Valletta Peak Insurance Brokers. Ir-riżultat finali jagħti xejra differenti iżda San Ġiljan kienu serrħu rashom mill-punti sa mit-tieni sessjoni. Huma żammew mal-aspettattiva iżda għamluha faċli għalihom infushom wara li taw direzzjoni ta’ fejn sejra l-logħba minn kmieni. Għalihom irritornaw Ben Plumpton u Jeremy Abela.
Il-Ġiljaniżi bdew tajjeb mill-bidu u fetħu vantaġġ ta’ 4-0, sinjal ċar li riedu jagħlqu l-logħba kemm jista’ jkun malajr. Wara li Ivan Nagaev naqqas id-distakk, San Ġiljan komplew jiddominaw u spiċċaw l-ewwel sessjoni 8-2. Il-vantaġġ kiber għal 10-2 u wara t-tieni gowl personali ta’ Sebastian Busuttil, San Ġiljan ħadu vantaġġ ta’ 12-3 għat-tielet sessjoni.
B’distakk daqshekk kbir, il-logħba trasformat aktar f’sessjoni ta’ taħriġ. Valletta rnexxielhom jillimitaw id-danni u naqqsu d-distakk għal 12-7. L-istess ġara fl-aħħar sessjoni b’Max Zammit spikka b’erba’ gowls skorjati fl-aħħar sessjoni, b’Valletta jagħmlu l-iskor finali rispettabbli.
Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud, M. Carani (1), J. Sciberras, S. Busuttil (2), J. Colombo, M. Zammit (5), I. Nagaev (3), K. Borg (1), K. Erdogan, M. Chircop (1), K. Cremona, G. Borg
San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully (1), R. Caruana (1), A. Younger (5), M. Zammit, J. Bonavia (2), B. Plumpton (1), J. Abela (3), N. Zammit (2), D. Zammit (1), N. Schiavone (1), Z. Attard, G. Bonavia
Referees: Massimo Angileri, Alessandro Roberti
L-EWWEL DIVIŻJONI
OTTERS NIVEA………………. 18
BIRŻEBBUĠA ASC………….. 15
(4-5), (5-3), (4-3), (5-4)
L-ewwel tliet punti għal Otters Nivea f’konfront bilanċjat li fih iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom. Il-vantaġġ fl-ewwel sessjoni alterna bejn iż-żewġ timijiet. Birżebbuġa fetħu vantaġġ ta’ 3-1, Otters dawru r-riżultat għal 4-3 sakemm Birżebbuġa wieġbu b’żewġ gowls li ħallewhom gowl minn fuq.
Fit-tieni sessjoni, kienu Otters li għat-tieni darba fil-logħba marru fil-vantaġġ 7-5 iżda daqstant ieħor kienet tajba r-reazzjoni tal-avversarji li dawru r-riżultat għal 8-7. Dan sakemm Matthew Farrugia u Drasko Gogov daħħlu lil Otters jistrieħu 9-8.
Għall-ewwel darba fil-logħba, id-distakk bejn it-timijiet kien ta’ tliet gowls. Otters kabbru l-vantaġġ għal 11-8 u minn hemm sat-tmiem, ma tilfux il-vantaġġ li kellhom. Kien fl-aħħar sessjoni li Otters għamlu l-pass deċiżiv lejn ir-rebħa meta wessgħu l-vantaġġ għal 16-11. Birżebbuġa pruvaw jidħlu fil-logħba u resqu sa żewġ gowls bogħod iżda l-penalty ta’ Nikola Bursac li ġie salvat, xejjen it-tamiet ta’ Birżebbuġa li jevitaw it-telfa.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (2), A. Dimech, K. Micallef (1), M. Meli, D. Dimech, D. Gogov (3), L. Dimech (6), V. Figliomeni (3), M. Farrugia (2), P. Tabone (1), Z. Dzanovic, S. Cutajar, C.J. Saliba
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (1), M. Cassar (2), N. Bursac (4), J. Ciantar (4), J. Borg, J. Abdilla, N. Saliba (2), D. Farrugia, M. Cutajar, M. Mannino (1), J. Falzon, S. Livori, J. Saliba (1)
Referees: Ronnie Spiteri, Matteo Giacchini
BARRACUDAS……………….. 9
MARSAXLOKK MFF………. 18
(2-4), (2-4), (1-7), (4-3)
It-tieni rebħa konsekuttiva għal Marsaxlokk MFF. B’eċċezzjoni għal mumenti fl-ewwel sessjoni, Marsaxlokk dejjem kienu fil-vantaġġ fil-logħba. Barracudas kellhom il-vantaġġ darbtejn fl-ewwel sessjoni sakemm tliet gowls konsekuttivi tax-Xlukkajri poġġewhom 4-2 minn fuq. Il-vantaġġ ġie kkonsolidat fit-tieni sessjoni wara li bi tliet gowls oħra, Marsaxlokk kabbru d-distakk għal 7-3.
It-tim ta’ Sasa Misic aċċerta mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi f’minuta u nofs fil-bidu tas-sessjoni għal 11-4. Il-gowl ta’ Alessandro Vitale serva biss biex kisser momentarjament il-kullana ta’ gowls hekk kif Marsaxlokk skorjaw erbgħa oħra sa tmiem is-sessjoni li spiċċawha 15-5. Barracudas setgħu biss jillimitaw id-danni fl-aħħar sessjoni.
Barracudas: A. Micallef, C. Bugeja, A. Magri, L. Schiavone, W. Ruggier (1), R. Sciortino, L. Bowman (1), L. Schembri Young (1), J. Dimech, G. Massa (1), L. Pursehouse, A. Vitale (5), I. Schembri, M. Abdilla
Marsaxlokk: J. Micallef, M. Lanzon, N. Bogdanovic (4), J. Cauchi (1), R. Spiteri (2), L. Montebello Brownrigg (1), S. Mifsud (1), J. Pawley, R. Galea (3), J. Borg Tabone (1), A. Fava (1), A. Cook (3), M. Brimmer, B. Lewis (1)
Referees: Alex de Raffaele, Alessandro Roberti
Klassifika tal-Kampjonat Premier: San Ġiljan 6 punti minn 2 logħbiet, Sliema 3 punti minn logħba, Neptunes 3 punti minn logħba, Exiles 0 punti minn logħba, Sirens 0 punti minn logħba, Valletta 0 punti minn 2 logħbiet
Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni: Marsaxlokk 6 punti minn 2 logħbiet, Marsaskala 3 punti minn logħba, Ta’ Xbiex 3 punti minn logħba, Otters 3 punti minn 2 logħbiet, Birżebbuġa 0 punti minn 2 logħbiet, Barracudas 0 punti minn 2 logħbiet
Logħob li jmiss
Is-Sibt 28 ta’ Ġunju
L-Ewwel Diviżjoni: Marsaskala v Ta’ Xbiex 5.30pm
Kampjonat Premier: Sirens v Neptunes 6.45pm, Exiles v Sliema 8.00pm
//= $special ?>