Internazzjonali

Sirjan akkużat li pjana attakk fuq il-kunċert ta’ Taylor Swift f’Vienna

(FILES) US singer-songwriter Taylor Swift performs onstage on the first night of her "Eras Tour" at AT&T Stadium in Arlington, Texas, on March 31, 2023. Time magazine named US pop icon Taylor Swift as its person of the year on December 6, 2023, calling the musical force of nature the "hero of her own story." (Photo by SUZANNE CORDEIRO / AFP)

Tressaq il-Qorti ż-żagħżugħ li wera s-sapport tiegħu lejn grupp li kellu pjanat attakk terroristiku waqt wieħed mill-kunċerti ta’ Taylor Swift f’Awwissu li għadda.

Sena ilu tħassru propju tlett kunċerti ta’ Swift li kellhom isiru fl-Istadium Ernst Happel f’Vjenna. Il-kunċerti ġew ikkanċellati biss lejl qabel l-ewwel spettaklu, b’elufi ta’ nies li għandhom għal qalbhom il-mużika ta’ din il-kantanta rinomata jispiċċaw diżappuntati mmens. Kunċerti li kien parti mill-Eras Tour.

Skont l-awtoritajiet Ġermaniżi, Mohamed, iż-żagħżugħ akkużat, huwa kkunsidrat bħala minorenni u allura mhuwiex arrestat. Minkejja dan ż-żgħażugħ huwa akkużat li segwa l-ideoloġija tal-grupp terroristku u li għen lil persuna oħra tipprepara dan l-istess attakk.