Qorti

Wara li wieġeb mhux ħati li ta daqqa lis-sieħba tiegħu

Raġel ta’ 44 sena wieġeb mhux ħati wara li ġie mixli li waqt argument ta daqqa f’ widnejn is-sieħba tiegħu li ilu magħha 19-il sena. Il-mara, li għandha żewġ itfal minnu, irrappurtat il-każ lill-pulizija f’Marsascala.

Hi saħqet li marret anke għall-kura, minħabba l-grieħi gravi li sofriet.

Fir-rapport tiegħu, ir-raġel ċaħad l-akkużi u qal li għamel dan sabiex jiddefendi ruħu minħabba li l-mara kienet attakkatu.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal ħelsien mill-arrest, u argumentat li hemm riskju li r-raġel jersaq lejn il-vittma, speċjalment għaliex it-tfal kienu preżenti waqt l-argument.

Il-Qorti ordnat li r-raġel jingħata liberta proviżorja b’depòsitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €5,000, flimkien ma’ kundizzjoni li ma jersaqx viċin is-sieħba u t-tfal tiegħu.