Il-Kumissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista ħabbret li llum fl-10:30am irċeviet dikjarazzjoni ta’ interess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN mingħand id-deputat Adrian Delia.
Il-Kummissjoni fakkret li skont kif jistipula l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għal din il-kariga tibqa’ miftuħa għal sebat ijiem sa nhar il-Ħadd 29 ta’ Ġunju fis-2pm skont kif imħabbar wara l-Kunsill Ġenerali tal-PN – li nieda l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Għal din il-kariga jistgħu jikkontestaw biss membri tal-Partit Nazzjonalista bit-tessera mħallsa skont il-provvedimenti tal-Istatut tal-PN.
Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN se tkun qed tikkomunika minnufih b’mod pubbliku l-ismijiet ta’ dawk li jkunu esprimew l-interess tagħhom, permezz ta’ stqarrija għall-media ma’ kull dikjarazzjoni li tidħol matul il-jiem li ġejjin.
//= $special ?>