Futbol Sport

Brentford jirrifjutaw it-tieni offerta għal Bryan Mbeumo mingħand Manchester United

(Ritratt: EPA)

Brentford għal darb’oħra rrifjutaw l-offerta ta’ Manchester Untied għall-attakkant prolifku Bryan Mbeumo. Ir-Red Devlis offrew is-somma globali ta’ €73,000,000, din tkun it-tieni offerta li ppreżentaw Manchester United wara l-offerta iniżjali ta’ €64,000,000.

Manchester United qed ifittxu li jtejbu l-attakk tgaħhom, dan hekk kif diġa ngħaqad il-Brażiljan Matheus Cunha għas-somma ta’ €73,000,000 mingħand Wolves, bir-Red Devils qed jaraw biex ibiegħu lil Alejandro Garnacho u anke lil Rasmus Hojlund, li s-sena l-oħra kellhom staġuni diżappuntanti.

L-istaġun l-ieħor, Mbeumo kellu l-aqwa staġun tal-karriera s’issa hekk kif skorja 20 gowl u pprovda 9 assists.

United qed isoffru l-pressjoni anke minn timijiet oħra, hekk kif il-kowċ il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur Thomas Frank, eks Brentford, qiegħed jimbutta bis-saħħa għall-firma tal-attakkant Kamerunjan.

Mbeumo probabilment se jkun qiegħed jitlef erba’ ġimgħat mill-istaġun, flimkien ma’ sieħbu tal-istess pajjiż Andre Onana minħabba l-Africa Cup of Nations fil-Marokk li se ssir bejn Diċembru u Jannar.

Il-Kamerun jiffaċċjaw lil Gabon fl-ewwel partita fl-24 ta’ Diċembru.

Bryan Mbeumo ngħaqad ma’ Brentford fl-2019 mingħand Troyes, fejn il-Bees kienu għadhom jilagħbu fil-EFL Championship. F’242 partita, Mbeumo skorja 70 gowl u għen lit-tim tiegħu jikseb il-promozzjoni għall-Premier League fl-2021.