Daniel Muka u Viktor Dragomanski nstabu ħatja b’rabta mal-qtil doppju li seħħ ħames snin ilu fi Triq Locker f’Tas-Sliema.
Is-Sibt filgħaxija, wara 12-il jum ta’ ġuri u ftit inqas minn seba’ sigħat ta’ deliberazzjoni, il-ġurija sabet lil Daniel Muka ta’ 30 sena ħati li qatel lil Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski fid-dar tagħhom lura fit-18 ta’ Awwissu tal-2020. B’Viktor Dragomanski ma jinstabx ħati ta’ kompliċità fil-qtil.
Wara numru ta’ sigħat ta’ deliberazzjoni, il-ġuri sabu lil Daniel Muka ħati ta’ numru ta’ reati oġra, fosthom li żamm lill-vittmi kontra r-rieda tagħhom, li seraq, pussess ta’ arma tan-nar fost l-oħrajn.
Dan filwaqt li Viktor Dragomanski ma nstabx ħati f’kompliċità fil-qtil iżda li kellu sehem f’serqa li wasslet għal omiċidju, filwaqt li nstab ħati wkoll li għamel użu minn numberplates misruqa.
Fit-12-il jum ta’ dan il-ġuri, il-Qorti semgħet kif Daniel Muka, Viktor Dragomanski flimkien ma’ Jesper Kristiansen pjanaw sabiex jisirqu residenza fi Triq Locker nhar it-18 ta’ Awwissu ta’ ħames snin ilu. Bix-xhieda jispjegaw illi Dragomanski inizjalment kien baqa’ fil-karozza sakemm mbagħad instemgħu numru ta’ sparaturi.
F’din is-serqa, Muka qatel lil Christian Pandolfino b’ħames tiri tan-nar filwaqt li Maciejowski ntlaqat biss minn tir wieħed. B’dan ir-reat jieħu biss madwar erba’ minuti.
It-tliet ħatja, ħarbu mill-post b’vettura li ftit wara nstabet fil-parkeġġ tal-Isptar San Luqa, fejn permezz ta’ cab huma marru lura lejn tas-Sliema.
F’dan il-każ Daniel Muka, kien qed jaffaċċja 9 kapi ta’ akkużi, filwaqt li Viktor Dragomanski kien qed jaffaċċja 3kapi ta’ akkużi. Bit-tielet raġel involut, Jesper Kristiansen, diġa’ qed jiskonta sentenza ta’ 40 sena fil-ħabs ta’ Kordin b’rabta ma’ dan il-każ.
Fid-deċiżjoni li wasslu l-ġurati, Daniel Muka nstab ħati b’mod unanimu ta’ omiċidju doppju, filwaqt li Dragomanski ġie lliberat mill-akkuża ta’ kompliċità fil-qtil b’verdett ta’ 6 kontra 3, iżda instab ħati li wettaq serqa li wasslet għal qtil..akkuża li ġġorr magħha għomor il-ħabs.
Is-sentenza mistennija titwassal mill-Imħallef Natasha Galea Sciberras fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>