F’San Blas ġie ċċelebrat il-vjaġġ ta’ tama, fejqan u l-qawwa tal-imħabba fuq id-dipendenza mid-droga. Dan hekk kif 23 persuna gradwaw mill-programmi ta’ Caritas Malta.
Iżda apparti ċ-ċerimonja nnifisha, spikka siġġu partikolari li tħalla vojt.
Dan is-siġġu huwa l-post fejn kien ipoġġi dejjem Mons. Victor Grech f’dawn il-gradwazzjonijiet. U kien bix-xieraq li waqt din iċ-ċerimonja titfakkar il-memorja tiegħu.
Il-fjuri tpoġġew waqt is-serata minn wieħed mir-residenti f’San Blas.
Il-kelma Inħobbkom u l-firma li tidher f’dan ir-ritratt hija kitba awtentika ta’ Dun Victor.
//= $special ?>