Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jissaħħaħ, u jiġedded. U aħna kollha għandna responsabbiltà sabiex dan iseħħ.
Hekk iddikjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’attività soċjali li saret il-Ġimgħa filgħaxija fejn ħareġ ċar l-apprezzament tan-nies lejn il-ħidma ta’ Bernard Grech tul dawn il-ħames snin li ilu fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista.
Kienu bosta li attendew l-attività soċjali tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li f’messaġġ li wassal waqt din l-attività insista illi l-Partit Nazzjonalisa jista’ jibqa’ jissaħħaħ u jiġedded, permezz tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech insista li hu, se jkun ta’ spalla għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-ġdid. Huwa saħaq li kull wieħed u waħda minnha għandu r-responsabbiltà sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jwettaq il-ħidma tiegħu għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.
Fid-diskors li indirizza, huwa rringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ sostenn għalih u għal ta’ madwaru f’dawn l-aħħar ħames snin, fejn anke rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Bernard Grech sostna li huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ jwassal lil pajjiżna fejn verament jixraqlu.
//= $special ?>