Lokali

Jeħilsuha ħafif wara li karozza baqgħet dieħla f’vettura li kienet ipparkjata

Passiġġier li kien f’karozza kellu jittieħed l-isptar wara ħabta fi Triq ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex.

Il-każ seħħ fil-11pm.

Informazzjoni li kiseb Net News mill-post tindika li l-karozza inqalbet wara li laqtet karozza oħra li kienet ipparkjata. Tant li din il-vettura spiċċat fuq is-saqaf tagħha.

Is-sewwieq ta’ din il-karozza ma weġġax, filwaqt li l-passiġġiera ttieħdet l-isptar Mater Dei. Sorsi qed jindikaw li l-kundizzjoni tagħha mhix waħda serja.

Il-Pulizija qed jinvestigaw dan l-inċident.