L-akkademija tar-Rennes fi Franza hija waħda mill-iżjed rinomati fid-dinja, b’bosta plejers joħorġu minn hemm u jiddebuttaw mal-klabb, fosthom Jeremy Doku, Ousmane Dembélé, Eduardo Camavinga, Désiré Doue, Petr Cech u Sylvian Wiltrod fost l-oħrajn. Madankollu, l-iżjed tlett ismijiet interessanti bħalissa huma Ousmane Dembélé, Raphinha u Désiré Doue, li kolla qed jissemew mal-aqwa plejers fid-dinja, u jinsabu minn ta’ fuq fl-imħatri tar-rebbieħ tal-Balon d’Or.

Iċ-ċerimonja tal-Ballon d’Or se ssir it-Tnejn 22 ta’ Settembru
Ousmane Dembélé m’huwiex isem ġdid, hekk kif ilu jkun involut mat-tim tal-kbar sa mill-2015 fejn hemm kien għamel id-debutt tiegħu ma’ Rennes. Wara prestazzjonijiet impressjonanti ma’ Rennes, bil-Franċiż jiskorja 12-il gowl u jipprovdi 5 assists f’29 partita huwa ġibed l-interess tal-ġganti tal-futbol Borussia Dortmund, li akkwistaw il-firma ta’ Dembélé fl-2016, li dak iż-żmien kellhu biss 18-il sena għas-somma ta €35,000,000. Huwa kompla jkun wieħed mill-iktar plejers eċitanti fl-Ewropa, fejn anke kien involut fir-rebħ tal-DFB Pokali fl-2017. Sena wara, Dembélé jingħaqad ma’ Barcelona għal wieħed mill-ikbar trasferimenti fl-istorja, għas-somma globali ta’ €135,000,000, jiġifieri €100,000,000 iżjed minn dak li kienu xtrawħ id-Dortmund sena qabel. Huwa qattgħa 5 snin ma’ Barcelona, b’taħlita ta’ prestazzjonijiet, madankollu huwa rnexxielu jirbaħ tlett La Ligas, żewġ Copa del Reys u żewġ Supercopa de Espana. Fiż-żmien tiegħu ma’ Barcelona huwa ukoll kien parti minn dak it-tim Franċiż li rebħa it-Tazza tad-Dinja fl-2018. Fl-2023 huwa ħalla lil Barcelona biex ingħaqad ma’ Paris Saint-Germain għas-somma ta’ €55,000,000. Dan il-perjodu kien probabilment l-iktar ta’ suċċess għalih fuq livell ta’ klabb, hekk kif fl-ewwel sena tiegħu rebaħ it-tazzi domestiċi kollha, filwaqt li fit-tieni sena tiegħu huwa rebaħ it-Tripletta, u għadu fiċ-ċans li jirbaħ il-FIFA Club World Cup.

Ousmane Dembélé lagħab ma’ Rennes mill-2010 sal-2016
Raphinha ma kienx jagħmel parti mill-akademija ta’ Rennes, madankollu huwa għamel sena jilagħab ma’ Rennes fl-istaġun 2019-2020, fejn hemm ġibed l-attenzjoni ta’ Leeds United, it-trasferiment li probabli kien l-iżjed kruċjali għall-karriera tiegħu hekk kif sar magħruf madwar id-dinja kollha għat-teknika u veloċita’ kbira li għandu. Huwa kien parti strumentali mit-tim tal-kowċ Marco Bielsa, fejn saħansitra fl-aħħar partita tiegħu ma’ Leeds United irnexxielu jsalva lit-tim tiegħu mir-relegazzjoni lejn iċ-Championship permezz tal-penalty li kkonverta fl-aħħar partita tal-istaġun kontra Brentford. Wara dik il-partita Raphinha ngħaqad ma’ Barcelona għal €65,000,000 fis-sena 2022. Fi tlett snin il-Brażiljan lagħab parti importanti mis-suċċess miksub minn Xavi Hernandez u Hansi Flick, fejn s’issa rebaħ il-La Liga darbtejn, il-Copa del Rey u s-Supercopa de Espana darbtejn.

Raphinha lagħab ma’ Rennes għall-istaġun 2019-20
Désiré Doue huwa wieħed mill-iktar plejers promitenti fid-dinja, u wara l-prestazzjoni stupenda li kellhu fil-finali tal-UEFA Champions League ma’ PSG kontra Inter, fejn saħansitra rnexxielu jsib ix-xibka darbtejn, huwa qed jiġi kkunsidrat anke bħala wieħed mill-favoriti għall-Ballon d’Or, flimkien ma’ Dembélé u Raphinha. Bħal Dembélé, Doue huwa prodott ta’ Rennes. Doue ngħaqad mal-akkademija ta’ Rennes fl-2011, u għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel tim fl-2022 ta’ 16-il sena. F’sentejn Doue lagħab 76 partita ma’ Rennes, fejn skorja 8 u pprovda 7 assist. Is-sajf li għadda Doue ngħaqad ma’ PSG għas-somma ta’ €50,000,000, fejn s’issa lagħab 57 partita, skorja 15-il gowl u pprovda 16-il assist.

Désiré Doue lagħab ma’ Rennes mill-2011 sal 2023
//= $special ?>