SIRENS BUILD FITNESS…….. 7
NEPTUNES BEST GYMS……. 17
(2-4), (5-4), (0-5), (0-4)
Neptunes Best Gyms kisbu tliet punti oħra u laħqu lil San Ġiljan fil-quċċata tal-klassifika wara żewġ logħbiet. It-tim ta’ Aleksander Ciric għamilha faċli għalih innifsu b’wirja brillanti fit-tieni parti tal-konfront. Sirens fuq in-naħa l-oħra reġgħu ddiżappuntaw hekk kif qed ikollhom biss partijiet mil-logħba li jkunu tajbin. Interessanti kienet li fil-lista ta’ Neptunes kien imniżżel Jake Muscat iżda ma kienx preżenti mat-tim.
Tliet gowls fl-ewwel mumenti tal-logħba wasslu biex il-kowċ ta’ Sirens Ranko Perkovic sejjaħ time-out. Din il-waqfa li kellha l-għan li torganizza lit-tim, ħalliet effett hekk kif sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal 4-2 u tliet gowls konsekuttivi fit-tieni sessjoni, qatgħu d-distakk għal 7-6. Gergo Zalanki kabbar parzjalment il-vantaġġ iżda Isaiah Riolo reġa’ wieġeb.
Kien fit-tielet sessjoni li l-logħba ħadet żvolta. Neptunes tejbu l-prestazzjoni filwaqt li Sirens ma kellhomx reazzjoni għal dak li kien qed iseħħ. Neptunes skorjaw ħames gowls konsekuttivi u aċċertaw mir-rebħa b’vantaġġ ta’ 13-7. Il-gowls waslu minn doppjetti ta’ Alec Fenech u Zalanki u gowl ta’ Sam Gialanze. Is-sensiela ta’ gowls konsekuttivi żdiedet għal disgħa, b’Neptunes komplew jikkontrollaw mingħajr diffikultà għal rebħa ta’ 17-7.
Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (2), P. Borg, J. Cachia, K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo (2), J. Zerafa Gregory, M. Sciberras (1), Z. Mizzi, G. Farrugia, M. Bonello DuPuis, G. Pace (2)
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (1), G. Zalanki (4), L. Mallia, J. Camilleri (1), J. Valletta (3), S. Camilleri (3), M. Castillo (1), J. Muscat, J. Bajada (1), A. Fenech (3), M. Azzopardi, M. Rossi, E. Mallia
Referees: Alex de Raffaele, Alessandro Roberti
EXILES WELBEE’S…..………… 10
SLIEMA FRANK SALT………. 21
(4-5), (3-6), (2-4), (1-6)
Sliema Frank Salt wieġbu għar-rebħa ta’ Neptunes aktar qabel biex huma wkoll kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva. Ir-riżultat finali ma jagħmilx ġustizzja mal-prestazzjoni li kellhom Exiles hekk kif għal madwar nofs il-partita offrew sfida denja lil Sliema iżda meta bdew jinqatgħu minn mal-avversarji, is-Slimiżi sabu l-ħin biex jiksbu rebħa kbira.
Is-Slimiżi bnew vantaġġ ta’ 5-2 fl-ewwel sessjoni sakemm Konstantin Averka u Zak Micallef naqqsu d-distakk sa tmiem is-sessjoni. Exiles saħansitra ġabu d-draw darbtejn fit-tieni sessjoni u kienu 8-7 minn taħt sakemm Sliema skorjaw tliet gowls wara xulxin u daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ 11-7.
Dan ir-ritmu nżamm fit-tielet sessjoni u wassal biex Sliema aċċertaw mit-tliet punti wara li d-doppjetta ta’ Jayden Cutajar u l-gowl ta’ Sam Engerer wessgħu d-distakk għal 14-8. Biż-żewġ timijiet jafu d-destin tagħhom, il-logħba naqqset ir-ritmu. Exiles bħal donnhom qatgħu qalbhom filwaqt li Sliema sabu ċ-ċans biex jixxalaw u rnexxielhom jiskorjaw sitt gowls minn sitt plejers differenti għal rebħa b’vantaġġ kbir.
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef (2), D. Pace Lupi, T. Agius, M. Martellacci, M. Fenech (1), K. Griscti (2), K. Averka (4), K. Tanti (1), K. Navarro, D. Zahra, G. Galea Curmi, L. Hyzler
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (2), L. Galea (3), J. Gambin (2), J. Cassar (1), B. Cachia, J. Cutajar (4), D. Rizzo, J. Chircop (1), A. Galea (2), A. Vlachopulos (2), D. Zammit (2), B. Busuttil, S. Engerer (2)
Referees: Matteo Giacchini, Stefan Licari
WATERPOLO – BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI
MARSASKALA OPTIMA…….. 14
TA’ XBIEX AMIGOS…………….. 13
(3-4), (4-1), (4-5), (3-3)
Marsaskala Optima taw l-ewwel telfa lil Ta’ Xbiex Amigos f’dan is-sajf b’rebħa missielta. Kollox ma’ kollox kienet rebħa meritata għat-tim ta’ Arpad Babay li kienu pass qabel l-avversarji. Żewġ gowls ta’ Roko Pelicaric u Francesco Scardino taw vantaġġ ta’ 4-3 lil Ta’ Xbiex lejn tmiem l-ewwel sessjoni. Marsaskala dawru r-riżultat fit-tieni sessjoni għal 6-4 u żammew vantaġġ doppju sa tmiem is-sessjoni.
Huma kellhom vantaġġ ta’ 9-6 fit-tielet sessjoni sakemm reazzjoni minn Ta’ Xbiex wasslet biex għamlu l-iskor indaqs. Madankollu Ta’ Xbiex ma kisbux il-vantaġġ u Marsaskala rnexxielhom jibdew l-aħħar sessjoni 11-10 minn fuq. Marsaskala kabbru l-vantaġġ għal żewġ gowls iżda fi tliet okkażjonijiet Ta’ Xbiex wieġbu kull darba biex baqgħu gowl bogħod. Minkejja l-aħħar sforzi, Ta’ Xbiex ma rnexxielhomx jevitaw it-telfa.
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, T. Fenech (6), J. Pace Mizzi (2), N. Spiteri, R. Greco, M. Agius, G. Kovacs (4), K. Grech, G. Sammut (2), M. Curmi, T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo
Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli (2), L. Grech Carr, J. Zammit, M. Manara, F. Scardino (2), R. Pelicaric (7), N. Bonavia (1), J. Culic, Z. Bartolo, C. Busuttil, A. Theuma, S. van Wyk (1)
Referees: Massimo Angileri, Matteo Giacchini
Klassifika tal-Kampjonat Premier wara 2 logħbiet: Neptunes 6 punti, San Ġiljan 6 punti, Sliema 6 punti, Exiles 0 punti, Valletta 0 punti, Sirens 0 punti
Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni wara 2 logħbiet: Marsaxlokk 6 punti, Marsaskala 6 punti, Otters 3 punti, Ta’ Xbiex 3 punti, Birżebbuġa 0 punti, Barracudas 0 punti
Logħob li jmiss
It-Tlieta 1 ta’ Lulju
L-Ewwel Diviżjoni: Ta’ Xbiex v Otters 6.00pm, Birżebbuġa v Barracudas 7.15pm
Kampjonat Premier: Sliema v Valletta 8.30pm
L-Erbgħa 2 ta’ Lulju
L-Ewwel Diviżjoni: Marsaxlokk v Marsaskala 6.00pm
Kampjonat Premier: Sirens v Exiles 7.15pm, San Ġiljan v Neptunes 8.30pm
//= $special ?>