Is-Sibt filgħodu, xufier ta’ 81 sena tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu…bil-karozza tiegħu tat-tip Daihatsu Sirion tispiċċa fil-baħar.
Dan l-inċident seħħ fiż-żona tal-bajja taż-Żewwieqa biswit il-Port tal-Mġarr, Għawdex.
Sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li x-xufier ġie salvat minn nies li kienu preżenti fil-mument ta’ dan l-inċident.
Fuq il-post marru tim mediku sabiex jagħtu għajnuna medika lix-xufier, iżda hu rrifjuta.
Kelliem mill-Pulizija qal li x-xufier ma sofriex ġrieħi.
Intant, il-karozza itellgħet mill-baħar.
//= $special ?>