Dylan Agius, żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħaż-Żabbar, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti s-Sibt akkużat b’diversi reati ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu, propju ġurnata qabel ma kienu mistennija li jiżżewġu.
L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.
Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ fil-27 ta’ Ġunju, fi Triq il-Kunvent Ħaż-Żabbar, wara li l-vittma qalet lil Agius li xtaqet tikkanċella ż-żwieġ.
Il-Pulizija sabu lill-mara mimduda fl-art, bl-akkużat jgħajjat magħha u ankè jigdima.
Fil-Qorti, il-vittma spjegat kif hu ħaraq aktar minn €150 fi flus kontanti waqt l-argument li nqala’ bejniethom.
L-akkuħżat ġie mixli li kkawża biża ta’ vjolenza domestika, ġrieħi ħfief, u li kiser kundizzjonijiet legali oħra.
Għalkemm huwa wieġeb mhux ħati, il-Qorti ġiet infurmata li dan ma kienx l-ewwel każ tiegħu, hekk kif diġà kien akkużat fuq l-istess akkużi, fejn ukoll il-vittma kienet irtirat l-kawża.
Missier l-akkużat offra li jilqgħu f’daru jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba minħabba tħassib dwar tbagħbis max-xhieda u l-imġiba tiegħu fil-passat.
//= $special ?>