Il-Fondazzjoni Life Network (LNF), organizzazzjoni mhux governattiva favur il-ħajja, resqet formalment żewġ ilmenti lill-Awtorità tax-Xandir. L-ilmenti jiffokaw fuq l-izbilanċ u l-parzjalita fir-rapportaġġ tal-Public Broadcasting Services (PBS), marbut mal-proċess ta’ Konsultazzjoni Pubblika li nieda il-Gvern dwar l-Eutanasija Volontarja Assista.
Il-Fondazzjoni fakkret illi l-PBS għandu obbligu jara li l-prinċipji ta’ libertà ta’ espressjoni u pluraliżmu jkunu l-prinċipji bażiċi li jirregolaw l-għoti ta’ servizzi tax-xandir f’Malta. Bħala xandar, il-PBS ma jistax jinħeba bl-iskuża li qiegħed biss ixandar spots informattivi tal-gvern, mgħoddija lilu bħala public service announcements.
L-obbligu imsemmi ma jagħmel ebda riżerva u l-liberta’ tal-espressjoni u pluraliżmu għandhom ikunu garantiti b’kull, u f’kull mezz, u dan fil-ħarsien sħiħ tal-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni, inkluż fi spots dwar materja ta’ kontroversja nazzjonali.
Minkejja li l-LNF talab rimedju mill-PBS permezz ta’ ittra tiegħu tat-23 ta’ Ġunju, il-fondazzjoni baqgħet bla rimedju.
Għaldaqstant, il-Life Network Foundation qed titlob l-intervent tal-awtorita’ tax-Xandir sabiex tisma
l-ilment u tħares l-obbligi kostituzzjonali u dawk naxxenti mill-Ligi dwar ix-Xandir, fl-interess talfondazzjoni, sabiex itara, li l-PBS jiggarantixxi hu ukoll l-obbligi kostituzzjonali u legali tiegħu.
Dan l-ilment formali huwa marbut ma’ materja ta’ kontroversja nazzjonali, u għal-hekk il-Fondazzjoni qed titlob li l-Awtorità tax-Xandir tiddeċiedi l-każ b’urġenza.
//= $special ?>