Futbol Sport

L-Ingilterra jirbħu l-EURO U21 għat-tieni darba konsekuttiva

L-Ingilterra rebħu l-EURO ta’ taħt il-21 sena għat-tieni darba konsekuttiva hekk kif kienu rebħu dan l-unur fl-2023 meta għelbu lil Spanja 1-0.

L-Ingliżi għelbu lil Ġermanja bl-iskor finali ta’ 3-2 bil-gowl tar-rebħa jasal wara l-ħin regolari.

Il-plejer tat-tournament Harvey Elliott fetaħ l-iskor wara biss 5 minuti logħob hekk kif ikkapitilizza fuq iż-żball tal-goalkeeper Atubolu u xeħet ġewwa mill-viċin.

L-Ingliżi jkomplu jkabbru l-iskor fl-24 minuta permezz ta’ Omari Hutchinson mill-assist tal-plejer ta’ Manchester City James McAtee.

Nelson Weiper inaqqas l-iskor għal Ġermanja minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, b’Paul Nebel jirnexxielu jġib l-iskor indaqs fil-61 minuta u l-partita tmur għal ħin barrani.

Jonathan Rowe jiskorja l-gowl tar-rebħa żewġ minuti biss wara l-bidu tal-ħin barrani minn assist ta’ Tyler Morton.