Internazzjonali

L-Iran: Luttu nazzjonali għax-xjenzati u l-kapijiet militari maqtula

Fl-aħħar sigħat, fl-Iran, sar il-funeral statali għal madwar 60 persuna, fosthom il-kmandanti militari u xjenzati nukleari li nqatlu waqt il-konflitt ta’ 12-il  jum ma’ Iżrael.

Il-funeral kien organizzat fil-Pjazza ta’ Enghelab, f’Tehran, u fejn il-folol kbar tan-nies kantaw is-slogans waqt li kien għaddej il-korteo bit-twiebet imkeffnin fil-bnadar tal-Iran.

Fost il-vittmi ewlenin tal-attakki kien hemm Mohammad Bagheri, li kien l-ogħla kap kmandant tal-militar Iranjan, flimkien ma’ Hossein Salami li kien il-Kmamndant Ewlieni tal-qawwiet elit mal-Gwardja Repubblikana Iżlamika.

L-awtoritajiet Iranjani qalu li, b’kollox, inqatlu mat-630 – fosthom il-kapijiet militari u x-xjentisti – waqt l-ewwel mewġa ta’ rejds mill-ajru ta’ Iżrael….Rejds li eliminaw ħafna mill-kapaċitajiet tal-Iranjani biex jirritaljaw b’mod effettiv u immedjat għal din id-dikjarazzjoni ta’ gwerra.