Ir-Russja, fil-lejl tas-Sibt u l-Ħadd, wettqet l-akbar assedju mill-ajru fuq Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna u fejn intużaw madwar 500 drone flimkien ma’ għexieren tal-missili.
Sadanittant, id-difiżi tal-Ukreni rnexxielhom iwaqqgħu almenu nofs minn dawn id-drones u l-missili — bil-kelliema fi Kiev jgħidu li l-attakki kienu parti mill-politika ta’ Moska biex iżżid il-kampanja ta’ intimidazzjoni għall-poplu tal-Ukrajna.
Ħafna fost l-aħħar missili sparati lejn l-Ukrajna kienu tat-tip Kinzhal u meta spikkaw ukoll oħrajn (ballistiċi) tat-tip Iskander flimkien mal-cruise missiles tat-tip Kalibr.
L-Uffiċjali mal-qawwiet tal-ajru Ukreni qegħdin jaqblu li r-Russi, b’dan l-attakk, ‘qabżu kull limitu’…Dan meta wieħed irid iqis in-numri tad-drones u l-varjetà tal-missili li kienu mirati wkoll lejn diversi reġjuni madwar l-Ukrajna, inklużi z-zoni ‘il bogħod mill-fronti tal-gwerra.
Sadanittant, il-qawwiet tal-ajru Ukreni, fl-aħħar sigħat, ikkonfermaw it-telfa ta’ ajruplan tal-gwerra (fighter jet) tat-tip F-16….It-tielet ajruplan ta’ dan it-tip mitluf lill-Ukreni waqt il-gwerra mar-Russja.
Fl-istess ħin, l-Istati ġirien tal-Ukrajna huma attenti għal kull żvilupp – bl-ajruplani tal-gwerra tal-Polonja u ta’ pajjiżi alleati oħra membri tan-NATO jinsabu fuq allert bħala parti minn direttiva biex huma jaċċertaw is-sigurtà tal-ispazju tal-ajru.
//= $special ?>