Lokali

Libjan bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’Paceville


Libjan ta’ 39 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’Paceville.

L-argument seħħ illum, għall-ħabta tas-02:30, fi Triq San Ġorġ.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu Libjan ta’ 39 sena residenti s-Swieqi, b’xi ġrieħi f’għonqu allegatament ikkawżati bi flixkun tal-ħġieġ.

Tim mediku issejjaħ fuq il-post u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Joseph Mifsud li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u anke bit-tfittxijiet għall-allegat aggressur.