Skont il-Ministeru tas-Saħħa taħt il-Hamas, attakki Iżraeljani madwar Gaza f’dawn l-aħħar jumejn ħallew mill-inqas 81 mejta, b’aktar minn 400 feruti.
Fost dawn l-attakki kien hemm wieħed fuq stadium f’Gaza City li qatel 11-il persuna, fosthom tfal. Dan l-istadium kien qed jintuża bħala kamp għar-refuġjati. Skont il-Palestinjani, l-istadium kien fih biss residenti u tfal – mhux militanti.
Attakki oħra seħħew fuq blokk ta’ appartamenti u tined f’al-Mawasi, li ħallew 14-il vittma, fosthom familja bi tliet itfal; u f’Tuffah, ħdejn skola, fejn jidher li nqatlu 8 persuni, inkluż 5 itfal.
Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet Iżraeljani qalu li ma kinux jafu b’dawn il-ġrieħi – minbarra individwu li ppoża periklu lill-forzi tagħhom.
Intant, il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li qed jittama li ż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jaqblu fuq waqfien mill-ġlied fil-ġimgħa d-dieħla.
L-ewwel qbil għall-waqfien mill-ġlied kien diġa falla ftit xhur ilu wara li Iżrael reġa’ beda jattakka lill-Hamas. Dan il-qbil kellu tliet fażijiet, iżda falla fl-ewwel waħda.
//= $special ?>