Ir-rebbieħa tal-UEFA Champions League, Paris Saint-Germain ma sabu l-ebda diffikultà jegħlbu lit-tim ta’ Lionel Messi Inter Miami, hekk kif l-iskor finali kien dak ta’ 4-0, bil-midfielders portugiżi Joao Neves u Vitinha jerġgħu jkollhom prestazzjoni stupenda, biex ikomplu jimpressjonaw id-dinja tal-futbol f’kull livell.
Joao Neves kien l-iskorer ewlieni f’dan il-konfront hekk kif wara biss 6 minuti Les Parisiens immorru fil-vantaġġ meta l-Portuziż jixħet ġewwa mis-suġġeriment ta’ Vitinha.
Neves għal darb’oħra fost l-iskorers hekk kif fid-39 minuta Joao Neves jirdoppja l-iskor din id-darba minn assist tal-midfielder l-ieħor Fabian Ruiz.
L-isfortuna ta’ Inter Miami tkompli tikber hekk kif din id-darba Tomas Aviles jixħet fix-xibka tiegħu ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, qabel Achraf Hakimi jagħmel l-iskor finali 4-0 b’gowl ieħor ftit sekondi wara.
L-ebda gowl fit-tieni taqsima, bit-tim mimli eks stillel ta’ Barcelona, Inter Miami jinqalgħa minn din il-kompetizzjoni, u b’hekk mhux se jkun hemm iżjed timijiet mill-Istati Uniti fil-kompetizzjoni.
//= $special ?>