BREAKING NEWS Lokali

AĠĠORNATA: Raġel imut wara sparatura fiz-zona tal-Bidnija – kollox beda minn argument fuq ħabta

Raġel ta’ 53 sena tilef ħajtu wara li indarab fi sparatura fil-Bidnija, f’argument li beda wara ħabta ma’ raġel ieħor li jgħix f’din iz-zona.

Is-sewwieq ta’ 53 sena mill-Bidnija stess indarab serjament u miet iktar tard fl-isptar.

L-aggresur ġie arrestat fil-post, bil-Pulizija kompliet tfittex l-arma fl-għelieqi tal-madwar fejn seħħ il-każ.

Kollox beda fis-6:30am, fi trejqa dejqa, fejn seħħet ħabta żgħira. Fil-post waslu uffiċjali tal-LESA. Il-ħabta kienet bejn karozza u mutur.

Ir-raġel laħaq saq waħdu sa Burmarrad wara li spiċċa vittma ta’ din l-isparatura.

Il-persuna li ġiet arrestata hu raġel ta’ 46 sena, u ma sofra ebda feriti.

Mhux magħruf eżatt kemm ġew sparati tiri, u x’tip ta’ arma intużat.

Fil-post wasal ukoll il-Maġistrat Ian Farrugia li qed imexxi inkjesta.