Għal drab’ohra, f’messaġġ ieħor ta’ kull nhar ta’ Ħadd – Robert Abela fi skiet totali rigward l-pjaga tal-għoli tal-ħajja.
Dan hekk kif għal dawn l-aħħar xhur, sfortunatament, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjizna baqgħet ghola mill-medja Ewropea, u kif ukoll mill-medja tal-pajjizi, li bhalna, jużaw il-munita ewro.
Huwa fatt li hemm element ta’ inflazzioni; u allura, fi kliem sempliċi, huwa fatt li l-familji ged jaffaċjaw żieda kontinwa fil-prezzijiet – bir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta matul ix-xahar li għadda kompliet tiżdied għal 2.7% – rata li taqbeż dik tal-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, anka l-Portugall fost l-ohrajn. Fi kliem sempliċi, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f ‘ajjizna qieghda għola minn dawn il-pajjizi fiż-żona ewro.
Apparti min hekk, r-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna hija wkoll għola mill-medja Ewropea li hi ta’ 2.2% u ferm iktar ogħla miż-żona Ewro, fejn ir-rata hija ta’ 1.9%
Iżda Robert Abela, qed jibga’ jirrufjuta li jitkellem dwar dan il-fenomenu li ta’ kuljum qed jaffetwa n-nies – tant li qed jkompli jipprova jmeri n-numri.
Intant il-Partit Nazzjonalista matul dawn l-aħħar snin – propona bosta miżuri sabiex tittaffa din il-pjaga, fosthom li titnaqqas it-taxxa minn fuq il-kola u li ħaddiema li jagħmlu l-over-time u l-part-time, fuq l-ewwel 10,000 ewro taghhom, ma jħallsux taxxa.
Iżda Robert Abela, fi ftit iktar min nofs siegħa, f’intervent fuq l-istazzion tar-radju Laburista – għazel li ma’ jsemmi xejn. B’uħud spiċċaw jisħqu li jekk il-Prim Ministru qed jagħżel li jinjora din il-preokupazzioni, aħseb u ara kemm ser jatwa mizuri li jahdmu sabiex ir-rata tal-gholi tal-hajja f pajjizna tibda’ tbatti – sabiex dawk il-100,000 persuna li huma f’riskju ta’ faqar, ikunu jistghu jirkupraw ekonomikament.
//= $special ?>