Borussia Dortmund aċċettaw l-offerta ta’ €65,000,000 għall-attakkant laterali Ingliż Jamie Gittens mingħand Chelsea.
Il-Blues skedaw it-testijiet mediċi u mistennija joffru kuntratt ta’ 7 snin għall-plejer ta’ 20 sena.
Dortmund kienu rrifjutaw l-offerta inizjali ta’ €50,000,000.
Dan l-akkwist joffri iżjed għażliet għal Maresca, b’Mykhailo Mudryk jibqa sospiż, Raheem Sterling mistenni jitlaq il-klabb u Jadon Sancho mhux se jinżamm mill-Blues wara li ħalsu l-€5,000,000 klawżola biex l-internazzjonali Ingliż jirritorna mar-Red Devils.
//= $special ?>